L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Aquarius se tkun mument ta’ riflessjoni dwar dak li hemm għaddej fil-mafwar tal-ħajja tal-preżent. Għalkemm forsi tħossok xi ftit konfuż u ma tafx eżatt x’taqbad tagħmel, trid tibqa’ kawt u taħseb fil-fond fuq dak kollu li qiegħed idur madwarek, imma bil-galbu tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjoni. Imma għalhekk, għandek bżonn tagħmel ftit ta’ riflessjonijiet sabiex grazzi għalhekk, int tkun tista’ tagħraf aħjar pass għaqli għalik. Irrifletti tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Pisces se jkun mument ta’ aktar ħsibijiet fil-fond fuq dak li int qed taspira li ġej fiż-żmien li ġej għall-karriera tiegħek. Int qiegħed tagħraf li se jkun hemm iktar żviluppi fil-karriera tiegħek, u dan ovvjament se jaffetwa ċ-ċirku kollu li int għandek madwarek u żgur li int trid li żżomm kollox f’keffa waħda. Għalhekk, barra li trid issib biżżejjed spazju għalik sabiex dak li int trid taħseb ikun isarraf fi ħsieb siewi, għalhekk kun konċentrat tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Aries se jkun mument ta’ ftit tensjoni minħabba dak li għaddej bħalissa minn madwarek, li bla ma trid qed tinqabad ftit taħt il-pressjoni ta’ tensjoni u bħal qisek m’intix qed tħossok f’postok għall-kollox. Però tajjeb tkun taf li din il-fażi sejra tkun għal ftit ġimgħat u tgħaddi, però, int ma tridx tkabbar dak li jkun għaddej minn madwarek, għax jekk tagħmel hekk, ovvjament, din is-sitwazzjoni taf tkun akbar. Għalhekk, kun iktar int sabiex tħossok iktar tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Taurus se jkun mument ta’ ftit kalmizza f’dak li int tkun trid twettaq. Fejn is-soltu tkun xi ftit agressiv sabiex twettaq dak li jkun ġej, sabiex dan jitwettaq, issa se tħoss ċertu kalmezza li taf għall-ewwel taħsdek xi ftit. Imma toqgħod tinkwieta xejn, għax din mhijiex xi tort tiegħek, però hija l-fażi li trid int tgħaddi minnha, u trid tagħraf li din il-fażi ma twaħħlekx hemm, u b’dan it-tagħrif tibqa’ miexi ’l quddiem fit-tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Din il-fażi taż-żodijkau għall-istilla ta’ Gemini se jkun mument ta’ ftit iktar pressjoni. Dan se jiġri minħabba li ħafna pjanijiet li int għandek u trid twettaq. Dan ovvjament se joħloq pressjoni madwarek li taf ukoll tagħmlek xi ftit li titlef il-kontroll, imma dan ovvjament taħt l-istilla Gemini mhux se jiġri, u għalkemm il-pressjoni tibda tikber, int se tagħraf dan kollu. Agħraf il-kontroll ħalli int tibni fit-tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Cancer se jkun mument ta’ ftit eċitament minħabba dak li int tixtieq tara jkun lest madwarek, imma minħabba ċertu sitwazzjonijiet li xi kultant ħadd ma jkollu kontroll fuqhom, dan jaf jikkawża kif fil-mument qed jikkawża lilek, eċitament xi ftit ogħla. Imma dan mhux se jkun fit-tul, għax f’dawn il-ħmistax li ġejjin, int se tara li dak li int mhux se jitwettaq fil-fatt, irnexxielek tagħmlu. Għalhekk, din se għinek tħossok tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Din il-fażi taż-żodijaku għall-stilla ta’ Leo, se jkun mument ta’ aktar enerġiku, u dan sabiex int ma taqax lura minn dak li hemm ġej għalik fil-mument qarib. Għalhekk, sabiex int tkun imħejji, se tinbena ftit iktar enerġija mis-soltu sabiex grazzi għal dan, tkun kapaċi tlaħħaq ma’ dawk is-sitwazzjonijiet kollha li hemm mafwarek, u ħajtek tibqa’ għaddejja mingħajr ma jkun hemm xi waqgħa jew żelqa minn dak kollu li int għandek madwarek. Għalhekk, din l-enerġija se tħalli effett tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Virgo se jkun mument ta’ iktar tħejjija dwar dak li qed tippjana. Però, din it-tħejjija taf tkun xi ftit iktar delikata mis-soltu dejn int se tara li tkun imħejji iktar, mingħajr ma tħalli xejn barra. Ovvjament, fejn is-soltu ma tantx tkun iffukat fuq dan, din id-darba se tara li se tkun incoluta sa l-inqas dettall sabiex kollox ikun sew, u hekk int se tara differenza kif kont tħejji dak ta’ madwarek fil-passat, għal dak li int se tħejji llum, għal iktar tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Libra se jkun mument ta’ iktar ħsieb, kif attwalment tkun iktar bilanċ f’dak kollu ta’ madwarek. Għalkemm int tagħmel dak kollu possibbli sabiex tagħraf il-bilanċ, dan l-aħħar, xi ħadd minn madwarek ġibidlek l-attenzjoni li forsi trid tkun iktar bilanċjat, u minħabba dan il-parir li ġie mogħti lilek, dan il-perjodu se jkun imfassal għal din ir-raġuni ewlenija ta’ aktar bilanċ f’dak li hemm madwarek u dan żgur se jpoġġik f’linja aktar tajba.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Din il-fażi taż-żodijkau għall-istilla ta’ Scorpio se jkun il-mument ta’ iktar riflessjoni dwar is-saħħa tiegħek. Dan huwa żmien fejn int se tħoss li għandek iddur ftit iktar miegħek innifsek, speċjalment rigward is-saħħa tiegħek, u dan kemm bħala check up mit-tabib familjari tiegħek, u kemm mil-lat fiżiku fejn trid tibda ssib ħin ġustifikat għalik sabiex jew tmur sal-gym jew tibda tmur tagħmel mixja. L-aqwa li int issaħħaħ lilek wara kollox, dan ikun għalik għat-tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Cancer

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Din il-fażi ta’ żodijaku għall-istilla ta’ Sagittarius se jkun mument ta’ aktar tkattir fl-imħabba li int għandek madwarek. Dan il-mument se tagħraf xi nuqqasijiet li hemm u bil-mod se tibda tħoss kif għandek tirranġahom. B’hekk, dan se jsarraf sabiex int tagħraf kemm l-imħabba ta’ madwarek tista’ tkun aħjar minn dak li llum qiegħed fih, basta tagħraf il-punti fejn hemm bżonn jiġu rranġati, dawn ikunu verament irranġati u żgur li se jkun għat-tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Din il-fażi ta’ żodijaku għall-istilla ta’ Capricorn se jkun mument ta’ xi tibdil rigward il-mod kif int se tibda tagħraf aktar minn dawk ta’ madwarek huma vera l-persuni ġenwini u dawk li mhumiex dan, se tagħmlu wara li għaraft li kein hemm xi forma ta’ tradiment minn madwarek u hekk li wasal il-mument opportun sabiex int issa aktar minn qatt qabel, tagħmel analiżi profonda ta’ dawk li huma vera persuni utli u ġenwini madwarek, u dan ikun ferm tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li bħalissa tkun ta’ gwida pożittiva għalik tkun dik ta’ Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment