L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Għall-istilla ta’ Aquarius, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius trid tagħraf ħafna kif tadatta għal dak li kemm fil-preżent ikun għaddej madwarek, u kemm għal dak li jkun qed jibda. Din hi fażi fejn int trid tagħraf tuża b’abbiltà kbira moħħok. Dan mhux mument fejn int tagħraf timxi bil-qalb, imma trid tkun iktar effettiv u tuża moħħok. Dan ikun bi tħejjija sabiex meta tasal għall-fażi li int tidħol fiż-żodijaku tiegħek, ta’ ‘Aquarius’, tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex dak li jkun negattiv madwarek, ma jikkawżax problemi għalik.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 21 u 34.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għall-istilla ta’ Pisces, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, trid tagħraf iżżomm kontroll sod fil-pożizzjoni ta’ responsabbiltà li int għandek fil-karriera jew xogħol li qed tagħmel. Dan għaliex jista’ jiġri li se tgħaddi mingħajr ma tinduna minn taħt xi forma ta’ eżami li dan se jsir sabiex min hu fuqek, isir jaf iktar dwar l-abbiltà tiegħek. Għalkemm int persuna magħrufa għal kemm għandek abbiltà, imma minħabba xi tibdil li hemm pjanat, li jista’ jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħek, għalhekk dan l-eżami. Agħraf bħal dejjem l-abbiltà tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 26 u 31.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Għall-istilla Aries, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, trid tagħraf iktar trattab dik ir-ras iebsa, li int magħruf għaliha. Dan għaliex li peress li bħalissa, int qiegħed fiż-żodajku ta’ Sagittarius, kurrenti negattivi li int tista; tikkawża minnek innifsek, jafu jwasslu għal ħafna taqlib fix-xhur li ġejjin. Fejn għandek raġun, żomm u imxi mal-punt, imma fejn m’għandekx, tipprovax taddi tiegħek, għax għalkemm taf iġġibha żewġ xorta waħda taf tkun ta’ telf ’il quddiem. Agħraf kun iktar għaqli, agħraf iktar id-direzzjoni sabiex ma tressaqx mewġ negattiv.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 28 u 35.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Għall-istilla Taurus, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa mument ta’ tkattir fir-relazzjoni ta’ mħabba li int għandek. Taħt iż-żodijaku ta’ Sagittarius, l-imħabba tista’ titkattar, tikber u tissaħħaħ. Għalhekk, jekk kien hemm xi nuqqas, dan huwa ż-żmien fejn tista’ tirbaħ lura dak li kont tlift. Anzi, huwa perjodu fejn tista’ tkabbar. Jekk mill-banda l-oħra, int qiegħed tajjeb fir-relazzjoni tiegħek, allura din sejra tkompli tikber u titkattar aktar. Dan huwa perjodu fejn l-enerġija fl-imħabba turik kemm hi bżonnjuża fl-ħajja tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 29 u 37.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Għall-istilla Gemini li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa żmien fejn se jressaqlek deċiżjonijiet għal tibdil li int hemm bżonn twettqu sabiex tkompli miexi ’l quddiem. Gemini huma magħrufin li ma jeħlux, imma dejjem jimxu mal-milja taż-żmien. Ovvjament, kull bidla tikkawża ċertu biża’. Dan mhux fil-każ ta’ Gemini, għax il-Gemnini huma persuni b’karattru motivat, u dan jagħmlek kapaċi tibqa’ għaddej. Għalhekk, tibżax minn dawn id-deċiżjonijiet. Ovvjament, ħudhom bil-ħin tagħhom, imma int se tkompli tavvanza ’l quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 38.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Għall-istilla ta’ Cancer, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa mument fejn b’din it-taħlita, għandha tgħinek tkun iktar kuraġġuża f’dak li hemm ġej quddiemek, għalkemm xi kultant, tibża’ u taqta’ qalbek. Imma dan il-mument, fejn int bħalissa għandek timtela’ b’aktar kuraġġ u ħeġġa sabiex dak li int għandek imħejji li int trid twettaq, twettqu bl-akbar abbiltà. Is-sodisfazzjon tiegħek se jkun meta int tasal għal dak li għandek f’moħħok, u tħares lura u tara minn xiex għaddejt. Għalhekk, iffoka u ibqa’ miexi.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 14, 25 u 32

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Għall-istilla Leo, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa mument tajjeb u pożittiv ħafna għalik sabiex dak li forsi tlift jew xi nuqqas li ġarrabt, terġa’ tirbħu lura. Issa għandek dan iċ-ċans li dak li int tixtieq takkwista, takkwistah u tkattar iktar minn qatt qabel. Issa vera huwa dak il-mument li tkun l-iljun u turi kemm int ta’ ċertu karattru sod. Forsi min madwarek ħaseb li int tista’ tiddgħajjef, u forsi iktar issa, għandek iċ-ċans li dan tgħelbu u jerġa’ jkollok dak il-kontroll li int magħruf għalih. Issa int agħraf uri ħiltek kollha.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 15, 23 u 30.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Għall-istilla ta’ Virgo li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius huwa dak il-perjodu ferm tajjeb għalik sabiex tagħraf il-ħtiġijiet dawk partikolari, li forsi minħabba l-impenn tal-ħajja mgħobbija li hemm madwarek, ma tkunx tant iffukat fuqhom. Dawn huma iktar ħin ta’ eżerċizzju għalik, u dan huwa importanti kemm mil-lat fiżiku u mentali. Huwa mument ukoll sabiex spazju biex tmur tara xi film, taqra xi ktieb. Huwa dan il-mument li terġa’ tgħaqqad lilek innifsek aktar viċin tiegħek stess. Titlifx dan il-mument int importanti wkoll.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 25 u 36.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Għall-istilla ta’ Libra li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa dak iż-żmien bizzilla ta’ kemm tista’ tagħmel il-ħajja iktar bilanċjata. Dan huwa l-mument fejn żbilanċ fil-ħajja ta’ madwarek, iġġibu għal wieħed ta’ bilanċ, u dan ikun ferm aktar pożittiv għalik sabiex int tkun tista’ tħares ’il quddiem fil-ħajja mimlija tiegħek. Ovvjament, jekk int għandek familja, dan huwa ferm importanti, il-bilanċ. Jekk għandek partner, l-istess, sib il-bilanċ fil-ħajja li int għandek madwarek, u tara kif il-mixja ’l quddiem tkun waħda iktar sew.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 19, 29 u 31.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Għall-istilla ta’ Scorpio, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa mument ta’ iktar riflessjoni fuq dak li int għandek pjanat għax-xhur li ġejjin. Taħt iż-żodijaku ta’ Sagittarius, int għandek enerġija pożittiva ħafna sabiex tagħraf tajjeb fejn trid tkabbar dak li int għandek ippjanat. Tajjeb li dejjem timxi fuq parir, imma fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun li tasal għad-deċiżjoni finali. Dan ukoll m’għandux milli jżommok milli tkun viċin dawk ta’ madwarek li tant mingħajr ma tagħraf biżżejjed, qegħdin dejjem jagħtuk is-sapport tant bżonnjuż għalik.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 24 u 39.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Għall-istilla ta’ Sagittarius, li bħalissa tinsab fiż-żodijaku tagħha stess, din tagħtik iktar żmien fejn int tista’ tagħraf u timxi u takkwista dak li int taħseb li huwa verament vijabbli għalik, il-karriera, l-imħabba u oħrajn, jekk int tagħraf timxi kif għandek timxi, dan huwa l-iktar perjodu b’saħħtu għalik, fejn dak li int tixtieq u temmen li dan huwa ta’ ġid għalik, dan għandu jkun madwarek. Ovvjament, kollox jieħu l-ħin u ż-żmien tiegħu, però, dan huwa l-aktar żmien addattat għalik li dak li int trid u tixtieq, jekk huwa tajjeb għalik, dan int tirċevih. Iffoka.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 15, 27 u 34.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Għall-istilla ta’ Capricorn li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa żmien ta’ ftit aktar riflessjoni għal dak kollu li int huwa ta’ importanza kemm fir-relazzjoni li int għandek, u kemm jekk int impenjat fil-ħajja ta’ xogħol. Dan huwa dak il-mument ta’ riflessjoni sabiex int tkun tista’ tibni iktar lilek lejn iktar preċiżjoni li dorsi ma kontx tant iffukat biżżejjed sabiex ikollok dawk ir-riżultati li int tant tixtieq. Għalhekk, taħt dan iż-żodijaku, int tista’ tagħmel dan, u emta dan se jseħħ, tara kemm int tista’ tħares ’il quddiem ferm aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru tista’ tressqek lejn il-lealtà hi minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 12, 25 u 31.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Divertiment