Stedina għall-parteċipazzjoni fil-programm kulturali tal-2017

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tinkoraġixxi parteċipazzjoni fil-Programm Kulturali tas-sena 2017

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 kmieni llum nediet il-Program Kulturali tagħha għas-sena 2017 b’pubblikazzjoni li tinkludi d-dettalji tal-proġetti u l-avvenimenti kulturali li ser jittellgħu fl-2017.

Iċ-Ċerman tal-Fondazzjoni Jason Micallef spjega li “l-Programm Kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħed jiġi kkonsolidat aħna u nħejju għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura li issa jinsab biss sena ’l bogħod.  Is-sena d-dieħla ser ikun hemm iżjed minn 50 proġett li jistiednu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku sabiex il-Programm tabilħaqq ikun esperjenza kulturali maqsuma bejn kulħadd.” 

Dan spjegah waqt il-preżentazzjoni tal-Programm Kulturali tas-sena 2017, ġewwa r-ristorant tal-Panorama fil-Belt Valletta. Il-proġetti huma magħmula minn għadd ta’ workshops, prestazzjonijiet u esebizzjonijiet.

More in Divertiment