L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tagħraf fejn tixtieq verament tasal. Żmien li taħseb issa wasal lejn it-tmiem, issa trid tasal għal deċiżjoni u dan importanti sabiex tibda l-aħħar xahar tas-sena f’direzzjoni li bil-mod, tagħtik aktar kontribut pożittiv f’dal li hemm ġej għalik. Jekk dan ma jkunx, allura sfortunatament għalik ġej żmien iebes. Tipperemettix li dan jiġri, għandek żmien sabiħ ġej.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4,17, 24 u 36.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tnaqqas ftit mill-pressjoni kbira li għandek madwarek sabiex għax-xahar li ġej, int issib ftit aktar spazju għalik. Jekk int għandek relazzjoni, qatta’ aktar ħin mal-partner tiegħek. Dan l-ispazju huwa bżonnjuż li int issibu sabiex inti tibni lilek innifsek aktar aħjar kemm fiżikament u kemm mentalment. Int ħa tagħraf kif int qed titlef mumenti importanti. Ibdel issa.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 26 u 34.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li xi kultant lanqas fil-barriera ma ssib. Agħraf għamel dan sabiex tagħraf tkun aktar flessibbli fl-aħħar xahar li baqa’, mhux biss meta int se tħoll minn dik ir-ras iebsa iżda se tagħraf kemm is-sitwazzjonijiet ta’ madwarek ikunu ferm aħjar. Il-personalità tiegħek trid iżżomha u fejn għandek punt żommu, imma fejn m’għandekx ibda erħi u agħraf.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 28 u 31.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tasal lejn konklużjoni f’dak li int qed tħejji. Ovvjament tagħmel sew li tidħol kemm tista’ fil-fond. Però taf ukoll li issa m’għandekx għaliex ittawwal aktar dak li kellek tagħraf, kellek żmien biżżejjed. Għalhekk issa għax-xahar li ġej ibda wettaq dak li għandek twettaq u tagħtiex każ għal xi kummenti li int probabbilment se tirċievi. Ibqa’ kkonċentrat u ffukat.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 22 u 36.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik b’direzzjoni aktar ċara ta’ fejn u kif għandek tkompli tavvanza fil-karriera tiegħek. Ix-xahar li ġej se jagħtik aktar laqgħat ma’ nies li huma ta’ importanza għal fejn int trid tasal, ovvjament mhux dejjem se ssib min jaqbel ma’ dak li int tħaddan. Dan m’għandux ikun ta’ ostaklu għalik, anzi minn dak li jirriżulta, int tagħraf tieħu deċiżjoni sabiex int tissaħħaħ f’dak li hemm ġej għalik.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 38.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik xi ftit inċert minħabba pożizzjoni li hemm quddiemek. Ovvjament tħallix din l-inċertezza titwessa’ aktar milli għandha tiwessa’. Huwa importanti f’dan l-istadju li int issib aktar ħin għalik sabiex tagħraf tieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm jistennew quddiemek fl-aktar direzzjoni vijabbli għalik. Tinkwetax, dan il-mument sejjer jintemm u f’nofs Diċembru tkun ferm aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 39.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int terġa’ tibda tħoss dak li int tħobb, tieħu gost fih u dan ikun aktar flessibli għalik. Dan l-aħħar, minħabba pressjoni ma stajtx twettaq dak li verament int tħobb. Imma issa għax-xahar li ġej, dan tista’ twettqu u dan sejjer ikun ferm tajjeb għalik sabiex int tibni lilek innifsek aktar fi trankwillità. L-ispazju li int issib ħudu kollu għax dan ikun pedament għal dak li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tatat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 24 u 37.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Ix-xahar ta’ Novembru sejjer jagħlaq fuq nota ta’ ħsieb dwar dak li int x’taħseb li sejjer ikun il-pass li se tagħmel fil-ħajja ta’ madwarek. Ovvjament, iż-żmien issa daħal sew sabiex int tagħraf eżattament x’inhu l-aħjar għalik u anke jinvolvi l-madwar tiegħek. Ibda x-xahar ta’ Diċembru fuq nota ta’ direzzjoni. Tibdihx u tkun għadek tilgħab, għax tpoġġi lilek nnifsek f’sitwazzjoni mhux komda. Tibżax mill-pass li se tagħmel.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Taurs.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 16, 25 u 32.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jagħlaq billi int trid tagħraf issib ftit aktar ħin għalik. Trid issib aktar ħin biex terġa’ tmur sal-gym, tagħmel xi mixja jew affarijiet oħra li sfortunatament minħabba l-pressjoni li nħolqot madwarek, għalqitlek dan l-ispazju, li kemm mentalment u kemm fiżikament għal dak li int hemm madwarek żgur għandek bżonnu. Agħraf li għax-xahar li ġej issib ħin għalik, inkella taf tgħerreq lilek innifsek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 23 u 30.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jagħlaq billi int trid tkun ftit kalm iktar milli qed tkun. Jekk ħa tibqa’ b’din it-tensjoni madwarek mhux ser ikollok tmiem is-sena tajjeb, anzi pjuttost se jkun iżjed negattiv. Għalhekk, kif għad baqa’ ftit taż-żmien, dan dawru għal favurik billi tkun aktar pożittiv u kull sitwazzjoni li tiġi minn issa ’l quddiem teħodhiex mill-att negattiv. Għandek iċ-ċans li tkun aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 22 u 38.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jagħlaq f’taqbida bejn dak li int kellek, u bejn dak li issa għandek fil-ħajja ta’ madwarek. Ikun ferm ħazin jekk int se toqgħod tqabbel bejn sitwazzjoni u oħra. Dan se jkun kollu ħela ta’ ħin li jaf ikun prezzjuż u trid tagħraf li dak li hemm jaf ukoll ikun parti mill-passat tiegħek jekk int se toqgħod tinħela tqabbel. Issa ħares ’il quddiem sabiex tkattar dak li hemm u titlifx dak li għandek illum.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 28 u 36.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jagħlaq billi int trid tagħraf aktar lilek innifsek. Tajjeb li int tagħti kas lil ta’ madwarek imma issa wasal ftit taż-żmien sabiex int iddur ftit madwarek u tara eżattament x’inhuwa l-vera bżonn għalik. Dan iż-żmien jaf ikun parti ukoll mix-xahar li ġej peress li se taħseb fil-fond kif għandek ittejjeb lilek innifsek, barra li tagħmel bosta bidliet materjali. L-importanti huwa kif inti se taġġixxi kif int se tagħraf aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 21 u 34.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.­

More in Divertiment