filmat | 'M'għandix kliem biex niddeskrivi din ir-rebħa'

Il-Georgia tirbaħ l-edizzjoni tal-Junior Eurovision tal-2016

Il-kantanta Destiny, rebbieħa tal-festival is-sena li għaddiet, tgħaddi l-premju lill-kantanta rebbieħa ta' din is-sena
Il-kantanta Destiny, rebbieħa tal-festival is-sena li għaddiet, tgħaddi l-premju lill-kantanta rebbieħa ta' din is-sena

Fit-tieni edizzjoni tal-Junior Eurovision li fih, Malta kienet qed tospita dan l-ispettaklu, ir-rebbieħa kienet Maraim Mamadashvili tal-Georgia. Fl-edizzjoni ta' din is-sena, fejn kien hemm 17-il pajjiż jieħu sehem, l-ispettaklu ħa post f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-organizazzjoni ta' Malta għal dan l-avveniment kienet imfaħħra, wara li l-kantanta Destiny kienet rebħet l-edizzjoni tas-sena li għaddiet fil-Bulgarija bid-diska, 'Not my soul'.

Il-lista finali tal-punti miksuba f'dan il-festival
Il-lista finali tal-punti miksuba f'dan il-festival

Il-kantanta tal-Georgia, li għad għandha 10 snin, kisbet rekord ta' punti fil-votazzjoni, wara li din is-sena bdiet titħaddem sistema ġdida. Ir-rekord tal-punti qabel din is-sena kien f'idejn Malta, bil-kantanta Destiny tikseb 185 is-sena li għaddiet. Minkejja dan, il-kanzunetta Mzeo tal-Georgia, li tfisser Xemx, kisbet 239 punt.

Malta ġiet fis-sitt post tal-kompetizzjoni bid-diska Parachute, kantata minn Christina Magrin, b'191 punt.

More in Divertiment