Shania Cauchi u Miguel Bonello għal ma Gerri Scotti

Gillian Attard u l-Iskola tagħha magħżula għal fuq 'Little Big Shots' fuq Canale 5

Gerri Scotti
Gerri Scotti

La Voix school of performaning arts immexxija minn Gillian Attard irnexxiela takkwista il-Programm  popolari madwar id -Dinja bl-isem ta' ''Little Big shots''. Dan il Programm qed jiġi mtella minn Endemol fl-italja fuq l-istazzjon popolari Canale 5 u ser qed ikun jippreżentah Gerri Scotti. Wara hafna diskussjonijiet,laqgħat u awdizzjonijiet Gillian Attard tħossha kburija li l-Endemol għażlu żewg studenti proprju mill-akkademja tagħha biex jieħdu sehem f'din l-ewwel eddizjoni ta' dan il-programm fl-Italja. L-istudenti li ntgħażlu huma Shania Cauchi u Miguel Bonello li t-tnejn jistudjaw il-muħika klassika u huma żewg kantanti bravissimi. Fil-15 ta' Diċembru Gillian Attard tiela Milan fl-istudios ta' Canale 5 flimkien ma' Shania Cauchi u ommha Josette biex jittella l-ewwel programm. Miguel flimkien ma' ommu Jacqueline imisshom jitilgħu f'Jannar. Gillian hi sodisfatta mmens u kburija li hi u dawn iż-żewġ studenti ser ikollhom l-opportunita li jaħdmu ma dawn il producers bravissimi u fl-istess ħin hi opportunita biex tippromwovi t-talent Malti.

Gillian Attard
Gillian Attard

More in Divertiment