Lou Bondi ddiżappuntat bil-kunċert ta' Liam Gallagher

Fuq Facebook, Bondi kkritika l-fatt li Gallagher tkellem ħażin u kanta inqas minn għaxar kanzunetti

Lou Bondi, il-konsulent tal-Gvern fil-qasam tal-Kultura, ma tantx jidher li ħa gost waqt il-kunċert ta’ Liam Gallagher li sar ilbieraħ fuq il-Fosos tal-Furjana.

Fuq il-midja soċjali, Bondi saħansitra ddeskriva dan il-kunċert bħala “diżappunt kbir.”

“Dak x’kien?” kiteb Bondi waqt li saħaq li Gallagher beda tard, kanta għal inqas minn siegħa, kanta inqas minn 10 kanzunetti u lanqas biss kanta l-chorus tal-kanzunetta popolari wonderwall.

Apparti minn hekk, Bondi tkaża għax fuq il-palk, Gallagher tkellem ħażin.

Gallagher, flimkien ma’ ħuh Noel Gallagher, kien jifforma l-grupp Ingliż Oasis.

More in Arti