Il-gazzetta ILLUM tiċċelebra lil San Pawl b'suppliment speċjali

Għada fuq il-gazzetta ILLUM suppliment b'ritratti u intervisti dwar il-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl tal-Belt Valletta

Ritratt | Carl Farrugia Photography
Ritratt | Carl Farrugia Photography

Għada, l-10 ta' Frar, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tiċċelebra l-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl b'suppliment speċjali ta' erba' paġni.

Is-suppliment jinkludi sensiela ta' ritratti tal-vara u dawk marbuta mal-festa ta' San Pawl fil-Belt Valletta.

Ma jonqsux intervisti interessanti dwar il-vara ta' San Pawl, kapolavur ta' Melchiorre Gafà, u intervisti oħra, fosthom mal-Kononku Dun Ġwann Ciarlo li jitkellem dwar żewġ relikwi importanti li nsibu fil-Kolleġġjata Pawlini.

Il-President tal-Għaqda tal-Pawlini, Mario Cassar, jgħidilna x'qed tipprepara din l-għaqda biex tiċċelebra l-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Dan huwa t-tieni minn sensiela ta' supplimenti li l-gazzetta ILLUM se tkun qed tippubblika biex tiċċelebra l-festi Maltin.

More in Arti