The Busker se jniedi t-tieni album tiegħu f'kunċert kbir

Għada l-Ġimgħa l-grupp żagħżugħ mistenni joħnoq it-Teatru Orpheum 

Għada ġewwa Teatru Orpheum fil-Gżira,  il-grupp mużikali żagħżugħ ‘The Busker’ mistenni jniedi t-tieni album tiegħu bl-isem ta' 'Ladies and Gentleman.'

Din is-sena propju waqt il-produzzjoni ta' dan l-album, żdied ukoll mal-grupp Matthew James Borg.

S’issa l-grupp ħareġ biss żewġ siltiet mill-album il-ġdid, waħda bl-isem ta’ ‘Surfin Up’ fix-xhur tas-sajf u t-tieni diska li ħarġet ftit ġimgħat ilu bl-isem ta’ Cadillac’, silta mużikali reminixxenti tas-70 ijiet.

Il-grupp  twaqqaf lura għall-2012 orġinarjament, b’Dario Genovese inkarigat mill-kant u l-kitarra u Jean Paul Borg fuq it-tnabar. Ftit wara żdiedu magħhom, David Grech fuq il-baxx u Sean Meachen fuq is-sassafonu.

 

Għal aktar informazzjoni kif ukoll għall-biljetti żuru s-sit elettroniku www.ticketarena.com.mt/ticket/?event=449584

More in Arti