Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel għal din il-ġimgħa

Paul Jon / 21 ta' Novembru 2016 10:13
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

 

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla, se jkompli jkun dak ix-xahar li joffrilek opportunitajiet differenti f’kull parti tal-ħajja. Imma int trid tagħraf li dawn l-opportunitajiet lu huma l-aktar importanti jew ta’ gwadann għalik. Agħraf ħu l-aħjar f’dak li int tagħraf li hu ta’ ġid għalik. Dan huwa mument li int trid tkun konċentrat ħalli dak li jiġi, tisfruttah fl-aħjar gwadann għalik. Iffoka aktar fuqek.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 12, 26 u 32.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla se jkompli jkun dak ix-xahar li joffrilek ambizzjoni ġdida madwar il-karriera tiegħek. M’għandekx għalfejn tibża’ tidħol għal dak li tant ilek taspira. Dan huwa x-xahar li int tista’ tavvanza f’dak li int trid tkattar iktar fil-karriera tiegħek. Dan huwa dak il-mument li int ilek tistenna sabiex tikber, però, agħraf ir-responsabbiltà li din se ġġib magħha.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 22 u 31.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla se jkompli jkun dak ix-xahar fejn int qisek se tħoddok inċert fl-imħabba. Imma int trid tagħraf li għalkemm hemm din l-inċertezza, ma tridx tkompli tkabbarhom. Għalhekk, dan ix-xahar jaf ikun dak li din l-inċertezza tnaqqasha sabiex ’il quddiem tkun tista’ tagħraf aktar dak li int trid mir-relazzjoni li int għandek. Aħtaf dan il-mument u irrifletti sabiex timxi ’l quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 23 u 30.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla se jkompli joffrilek tama l-aktar fejn int għandek xi intoppi ma’ qraba jew ħbieb partikolari. Agħraf dan il-mument fejn l-aktar li int għandek intoppi sabiex sa żmien il-Milied, din is-sitwazzjoni tkun ferm aħjar mis-snin ta’ qabel. Jekk dejjem int tagħraf li għalik aħjar, dan għandu jkun. Huwa mniżżel li din is-sitwazzjoni tkun ferm aħjar. Agħraf.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 24 u 34.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla se jkompli joffrilek sfida fil-karriera tiegħek, imma sfida sabiex tagħraf iktar il-potenzjal tiegħek. Dan huwa l-mument fejn int qed tagħraf li qed taħli l-enerġija tiegħek u mhux tagħti r-riżultati mixtieqa. Għandek twaqqaf u tkabbar, u ssaħħaħ iktar dak li qiegħed jagħtik sodisfazzjon. Tibżax twaqqaf xi affarijiet li jaf ikunu iktar qegħdin itellfuk. Kompli ssaħħaħ u ħares ’il quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li int taqa’ taħt din l-istilla se jkompli jagħtik spinta lejn il-mixja li qbadt sabiex timxi ’l quddiem fix-xewqa  li tkun tista’ tissaħħaħ aktar fl-indipendenza tiegħek. Iva, dan huwa l-mument vera tiegħek l iissa int tkompli tkattar dak li huwa verament tajjeb biss għalik. Issa huwa dak iż-żmien sabiex tagħraf l-istabbiltà ta’ madwarek u se tara kemm int se tkun aħjar f’dak li  qed tagħmel.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 25 u 38

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li int taqa’ taħt din l-istilla se jkompli jitfgħalek iktar dawl f’dak li int sa dtit ta’ żmien ilu kienet sitwazzjoni mejta bla ebda tama l itista’ tinbidel. Imma issa qed tara li dak li kien, mhux bilfors fisser hekk, anzi agħmel iktar kuraġġ fik innifsek sabiex int tkompli tissaħħaħ u dak li deher mitluf, jiddawwar f’rebħ. Ovvjament, trid timxi pass pass, imma l-aqwa li int temmen aktar fik u tasal.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 26 u 34.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla, se jkompli joffrilek dik l-isfida madwarek sabiex int tagħraf iktar x’inhu ta’ verament bżonn għalik. Ma tistax tkompli tilgħab. Jekk int trid tavvanza fil-ħajja tiegħek, ma tridx tibża’ li fejn huwa ħażin, tikkonfronta sabiex taqta’ u tkompli tħares ’il quddiem. Dan huwa l-mument li int trid tgħeleb din l-isfida. Jekk int trid verament tkun aħjar f’dak li int temmen.

 

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 21 u 37.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla, se jkompli jurik kemm int għandek xi tkompli titgħallem. Ma tistax tgħid li int wasal sa hawn, u daqshekk. Int qed tagħraf li bil-ħiliet li int għandek, tista’ tkompli tkabbar kemm lilek innifsek u kemm sak li hemm madwarek, imma li trid tieħu ħsieb huwa li żżomm bilanċ li dan irid ikun fattur importanti fiż-żmien li ġej. Żbilanċ ikun ifisser telf. Agħraf żomm bilanċ.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 19, 29 u 34.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istill se jkompli jurik li int trid tagħraf iktar lilek innifsek. Ma tistax biss tara x’inhu tajjeb għalik. Għalkemm dan huwa importanti, int trid tagħraf dawk ta’ madwarek kemm qegħdin ikunu ta’ għajnuna u sapport. Jekk int m’intix se tagħraf dan, jaf toħloq problema għax ta’ madwarek jafu jkunu pedina importanti, għalhekk agħraf dan iktar.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 24 u 39.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla se jkompli jkun wieħed li int trid tagħraf iktar fejn int fl-imħabba. Ma tistax tibqa’ maħkum mill-passat tiegħek sabiex timxi ’l quddiem. Trid tagħmel sinjal bejn il-passat u l-preżent. Jekk int trid verament timxi ’l quddem fl-imħabba, trid tagħraf dak li għandek fil-preżent. Il-passat agħraf minnu biss u imxi ’l quddiem. B’hekk biss int tista’ ssaħħaħ dak li għandek illum.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 12, 25 u 32.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ix-xahar ta’ Novembru għalik li taqa’ taħt din l-istilla se jkompli jkun wieħed li jagħtik saħħa f’dak li int trid. Għalkemm qabel kont qed tħossok dgħajjef, issa huwa l-mument li int ma taqtax qalbek għax dan ix-xahar se jagħtik dik l-enerġija li tant għandek bżonn sabiex tqawwi lilek innifsek u timxi. Tajjeb li forsi titlob xi parir, imma fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun int li tagħmel il-pass. Tibżax timxi ’l quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 27 u 38.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook