Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

Il-festival ŻiguŻajg 2016

Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ se jirritorna għas-sitt edizzjoni mill-11 sal-20 ta’ Novembru 2016

Ruben Anthony Xuereb / 25 t'Ottubru 2016 14:13
Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ se jirritorna għas-sitt edizzjoni mill-11 sal-20 ta’ Novembru 2016, bi programm imlewwen ta’ produzzjonijiet internazzjonali tal-ogħla livell u xogħol lokali kkummissjonat għal dan il-għan.

ŻiguŻajg 2016 se jilqa’ fih sensiela ta’ wirjiet ta’ fama internazzjonali li se jkunu murija flimkien ma’ letteratura Maltija li ġiet addatta mill-ġdid bħan-novella sas-seklu 19 Ineż Farruġ, poeżiji ta’ Anastasio Cuschieri u stejjer ta’ Trevor Zahra. Il-programm tal-2016 se jkollu fih element kontemporanju minn dixxiplini varji bħaċ-ċirku, puppetry, żfin, film, it-teatru u l-arti viżiva. Il-pajjiżi li se jkunu rrapreżentati jinkludu l-Awstralja, iċ-Ċina, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tfakkar figuri ewlenin li ħallew wirt artistiku għat-tfal u ż-żgħażagħ. Xogħlijiet ewlenin bħal Dahl, Prokofiew u Shakespeare ser jiġu addattati filwaqt li ħrejjef u tradizzjonijiet se jkunu ppreżentati b’mod kreattiv u nnovattiv.

Żiġużajg jibqa’ kommess li jibqa’ jinvesti f’xogħol ġdid għal udjenzi żgħar, kif ukoll joħloq opportunitajiet ġodda għall-artisti Maltin. Il-Festival jibqa’ determinat li jrawwem udjenzi ġodda u jgħin fl-iżvilupp ta’ ambjent professjonali u kreattiv.

Il-Festival huwa mtella’ mill-Fondazzjoni Kreattività bl-għajnuna tal-Gvern ta’ Malta u l-Ministeru għall-Ġustizzju, Kultura u Gvern Lokali. Fost il-kollaboraturi nsibu lill-Orkestra Filarmonika, Spazju Kreattiv, ŻfinMlata, Kelma Kelma, PBS, it-Teatru Manoel u l-Fondazzjoni Valletta 2018.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook