Esperjenzi artistiċi u kulturali professjonali

Programm ġdid qed jiġi ddisinjat biex jipprovdi studenti fis-snin kollha tal-iskola sekondarja b’esperjenzi artistiċi u kulturali professjonali u tal-ogħla kwalità...

Programm ġdid qed jiġi ddisinjat biex jipprovdi studenti fis-snin kollha tal-iskola sekondarja b’esperjenzi artistiċi u kulturali professjonali u tal-ogħla kwalità
Programm ġdid qed jiġi ddisinjat biex jipprovdi studenti fis-snin kollha tal-iskola sekondarja b’esperjenzi artistiċi u kulturali professjonali u tal-ogħla kwalità

Minn Jannar tas-sena d-dieħla, l-istudenti kollha fl-iskejjel sekondarji f’Malta u Għawdex se jkollhom l-opportunità li jesperjenzaw minimu ta’ produzzjoni artistika waħda almenu darba f’sena. Din se tkun mtella’ minn professjonisti kreattivi u ppreżentata permezz ta’ programm ikkurat.

Din il-miżura – waħda mill-għodda tal-iStrateġija2020 – qed tiġi akkumpanjata minn sejħa għall-expression of interest għall-avvenimenti ta’ natura artistika u kulturali immirati lejn studenti fl-iskejjel sekondarji. L-attivitajiet se jsiru bejn Jannar u Ġunju 2017.

Din is-sejħa – li hija maħruġa b’mod konġunt mill-Kunsill Malti għall-Arti u mid-Direttorat tal-Kultura – għandha l-għan li tinkoraġġixxi lill-artisti biex jiġġeneraw xogħol oriġinali, innovattiv u kreattiv kif ukoll xogħlijiet diġà eżistenti għall-udjenzi f’dawn il-kategoriji (mill-11 sas-16 il-sena). Se tipprovdi wkoll l-opportunità biex dawn iż-żgħażagħ jesperjenzaw almenu attività kulturali waħda bħala estensjoni tal-kurrikulu li jsir matul is-sena skolastika.

Is-sejħa hija miftuħa għall-artisti, organizzazzjonijiet kulturali u u intrapriżi kreattivi li diġà ħolqu xogħlijiet speċifikament għall-udjenzi żgħażagħ jew li se jkunu qegħdin jippreżentaw xogħlijiet ġodda fix-xhur li ġejjin.

Se ssir laqgħa ta’ informazzjoni dwar is-sejħa nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu 2016 fl-10am fl-iSpazju Kreattiv, iċ-Ċinema, il-Belt Valletta.

Is-sejħa tagħmel parti mill-Culture Pass, programm ġdid li se jkun qed jieħu post il-Culture Card, li kienet ġiet introdotta fl-iskejjel fl-2011.

Dan il-programm ġdid qed jiġi ddisinjat biex jipprovdi studenti fis-snin kollha tal-iskola sekondarja b’esperjenzi artistiċi u kulturali professjonali u tal-ogħla kwalità; biex jikkumplimenta l-learning outcomes tal-Kurrikulu Nazzjonali u jżid il-valur tal-edukazzjoni tal-arti u suġġetti kurrikulari oħra. Se jkun qiegħed jinkoraġġixxi l-artisti biex joħolqu u jiżviluppaw xogħol ġdid għall-udjenzi żgħażagħ u biex tiżdied il-kapaċità tal-ipprogrammar fuq perijodi itwal bl-għan lid-dixxiplini artistiċi u anke dawk mhux artistiċi jintrabtu mal kurrikulu tal-istudenti.

Il-parteċipazzjoni fl-għotja tal-Culture Pass hija bbażata fuq proċess ta’ selezzjoni li se jiġi evalwat skont kriterji stabbiliti. It-tim tas-selezzjoni se tinkludi rappreżentanti mid-Direttorat tal-Kultura, il-Kunsill Malti għall-Arti u mis-settur tal-edukazzjoni. L-applikazzjonijet se jibqgħu jintlaqgħu sat-12 ta’ Settembru 2016 f’nofsinhar.

Il-laqgħa tal-informazzjoni tal-5 ta’ Awwissu hija bla ħlas u hija miftuħa għal kullħadd fuq bażi ta’ first-come first-served. Ibgħat email fuq [email protected] biex tirriżerva post.

Il-linji gwidi u l-formola tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn www.artscouncilmalta.org

More in Arti