filmat | Il-kantant Meat Loaf jikkollassa fuq il-palk waqt kunċert

Ir-rocker popolari Meat Loaf iħossu ħażin fuq il-palk waqt kunċert fil-Canada

Il-Kantant Meat Loaf
Il-Kantant Meat Loaf

Waqt kunċert f'Edmonton fil Canada, nhar il-Ħamis 16 ta' Ġunju, il-kantant popolari Meat Loaf jikkollassa fuq il-palk f'nofs il-kunċert tiegħu.

Meat Loaf, li ismu propja huwa Marvin Lee Aday, u li illum għandi 68 sena, kien diga' kkanċella xi kunċerti fil-jiem li għaddew, minħabba li kienx qiegħed iħossu tajjeb.

Il-kantant ħassu ħażin waqt li kien qiegħed ikanta waħda mill-aktar diski popolari tiegħu, "I would do anything for love (but I won't do that)", li kienet suċċess mondjali fis-snin 90.

Il-filmat juri lill-kantant fil-mument eżatt li fiħ iħossu ħażin.

More in Arti