'Simshar' għadu biċ-ċans li jkun finalista tal-Oscars

Rebecca Cremona b'ħidma kontinwa f'Los Angeles biex tinkiteb l-istorja tal-films f'Malta

Xena mill-film Simshar
Xena mill-film Simshar

Rebecca Cremona, it-tfajla ta' 31 sena li kitbet u dderiġiet il-film suċċess 'Simshar' tinsab Los Angeles fejn qed taħdem bla heda fost il-kommunita taċ-ċinema biex ilf-ilm Malti jispiċċa mal-finalisti għar-rebħ tas-87 Oscars bħala l-aqwa film barrani.

Biex wieħed jasal għal dan irid jaħdem bla heda biex iwassal il-film innifsu li jarawh u jintgħoġob għax anke fl-Academy Awards ikun hemm ħafna lobbying biex jintlaħaq dan l-għan u hekk qed tagħmel Rebecca Cremona li anke ltaqgħet mal-konslu Malti għal Los Angeles, Hugh Cassar u l-ambaxxatriċi Maltija għall-Amerka, Marisa Micallef.

More in Arti