Daħlet f'ċimiterju tfittex il-Pokémon u gidmitha lifgħa

Wara ftit ħin bdiet tħoss tingiż f'saqajha u rat żewġ toqbiet bid-demm ħiereġ minnhom

F'Pesaro fl-Italja, tfajla ta' 13-il sena daħlet fiċ-ċimiterju tiġri wara Pokémon u ngidmet minn lifgħa.

Jidher li din it-tfajla dak il-ħin ma ndunatx li ġiet migduma meta ħasset qisha qarsa żgħira. Iżda wara ftit ħin, saqajha bdiet tagħtiha fastidju u meta qalet lill-ġenituri tagħha dawn raw żewġ toqbiet b'naqra demm ħiereġ minnhom f'saqajha fejn ħaduha mill-ewwel l-klinika. It-tabib ma riedx jieħu riskji minħabba biżgħa li din ingidmet minn serp jew lifgħa velenuża u għalhekk ittieħdet mill-ewwel bil-helicopter l-isptar. 

Fil-fatt, il-lifgħa kienet velenuża iżda kienet tefgħet doża żgħira biss ta' velenu u għalhekk it-tifla ma kienet fl-ebda periklu li titlef ħajjitha.

 

More in Zekzik