Mourinho ta €20 lil wieħed jorqod barra u spiċċa mdawwar bihom

Mourinho f'Manchester qed imur anke it-training bit-tren

Jose Mourinho kemm ilu manager ta' Manchester qed joħroġ aktar l-umanita tiegħu meta donnu li din il-belt ħarġet aktar l-umanita tiegħu. Fil-fatt waqt li kien miexi ma' wieħed mill-kowċis tiegħu fit-triq prinċipali tax-shopping ta' manchester raha wieħed minn dawk bla saqaf fuq rasu, fetaħ il-kartiera u tah €20. Iżda meta xi 20 oħra raw lil mourinho jagħti ftit minn dawk il-miljuni li jaqla marru jieħdu sehmhom ukoll u daruh jitolbuh jagħti xi ħaġa lilhom ukoll. U fil-fatt ma tahomx għax dawk normalment ma jieqfu qatt! Mourinho qed imur għat-taħriġ bit-tren u b'hekk qed ikun aktar viċin il-poplu ta' Manchester, għalkemm wieħed irid jara dan jibqax jagħmlu meta jibda l-kampjonat u ma jintlaħqux l-aspettativi li bħalissa Manchester Utd qed jaspiuraw taħt il-gwida ta' dan il-kowċ Portugiż.

More in Zekzik