Ira Losco bi prestazzjoni mill-aqwa fi Stokkolma

...imma l-kompetizzjoni tibqa'  waħda iebsa ħafna

Ira tagħti prestazzjoni mill-aqwa
Ira tagħti prestazzjoni mill-aqwa

Il-prestazzjoni ta' Ira Losco mumenti ilu fuq il-palk fi Stokkolma bil-kanzunetta 'Walk on Water' kienet mill-aqwa. Kunfidenti u bil-vuċi b'saħħitha tagħha Ira Losco weħħlet lil dan il-pajjiż mas-sett tat-TV madwar il-pajjiż. 

Minkejja l-prestazzjoni tagħha Ira qed tiffaċċja kompetizzjoni qawwija ħafna, speċjalment mill-kantanti tar-Russja u l-Awstralja. 

Fi ftit mumenti oħra tinfetaħ il-votazzjoni u nkunu nafu min se jkun ir-rebbieħ jew rebbieħa ta' dan il-Eurovision. 

More in Zekzik