Illejla eluf kbar isegwu l-Eurovision u l-lagħba jitolbu biex tmisshom ix-xorti

L-ILLUM tinsab infurmata li din id-darba l-ammonti ta' flus milgħuba fuq il-Eurovision huma ikbar... intant ilejla mat-80% tal-Maltin se jkunu mwaħħlin mat-TV

Ilejla huma bosta dawk li jew se jsiru ftit iktar sinjuri jew ftit iktar fqar, hekk kif dan is-sit huwa infurmat li l-ammonti ta' flus f'imħatri għall-Eurovision huwa "konsiderevolment ikbar". Is-sit huwa nfurmat li kemm l-ammont ta' nies kif ukoll l-ammont ta' flus li kienu milgħuba għal dan il-Eurovision huma ikbar minn tas-soltu, hekk kif l-aspettattiva hija waħda li laħqet il-quċċati. 

Apparti dawk li tefgħu flushom f'imħatra, eluf kbar ta' telespettaturi Maltin se jkunu qed isegwu l-Eurovision ilejla. Huwa stmat li madwar 80% tal-popolazzjoni Maltija ilejla tkun mwaħħla mas-sett tat-TV id-dar, għand il-ħbieb jew f'xi post tad-divertiment biex isegwu dan il-kuntest. Din is-sena l-aspettativa tal-Maltin u l-Għawdxin hija għolja ħafna u huma bosta li qed jistennew li Malta tmur tajjeb jew inkella li tasal sal-quċċata.

More in Zekzik