Wiz Khalifa għall-Isle of MTV

Se jingħaqad ma' Jess Glynne għall-għaxar edizzjoni ta' dan il-kunċert

Wiz Khalifa huwa t-tieni artist imħabbar għall-Isle of MTV ta' din is-sena. Dan il-kantant se jkun qed jingħaqad mal-kantanta Jess Glynne li diġà ġiet ikkonfermata li se tkun qed tagħti spettaklu fl-Isle of MTV ta' din is-sena.

L-għaxar edizzjoni ta' dan l-Isle of MTV se jkun qed isir fit-28 ta' Ġunju fuq il-Fosos, il-Furjana.

Ir-rapper Wiz Khalifa huwa magħruf għal bosta suċċessi tiegħu, fosthom id-diski 'Black and Yellow', 'No Sleep' u l-iktar riċenti, is-soundtrack tal-film Furious 7, 'See You Again', liema diska laħqet il-quċċata tal-klassifiki mużikali.

Tul id-disa' snin tiegħu, il-kunċert tal-Isle of MTV Malta ġibed ħafna żgħażagħ taħt l-24 sena lejn pajjiżna, bl-ammonti jaraw żieda ta' 120%, li jammontaw għal 20% tat-turisti kollha li jiġu Malta.

More in Zekzik