(FILMAT) Għażaqha: Jiżbalja r-rebbieħa ta' Miss Universe

Miss Colombia kellha l-aktar renju qasir bħala reġina tal-ġmiel...ftit minuti u ħaditilha Miss Philippines

Bla dubju li Steve Harvey se jibqa msemmi bħala l-persuna li għamel l-akbar gaffe fix-xena tax-showbusiness, meta l-bieraħ ħabbar ir-rebbieħa ta' Miss Universe bi żball. Ħabbar li r-reġina tal-Univers kienet Miss Columbia u waqt li din libbsuha l-kuruna u bdiet tibki u tbus lil kulħadd waqt ix-xeni emozzjonanti bħas-soltu. Steve Harvey skuża ruħu u qal li qara l-isem bi żball, ir-rebbieħa kellha tkun Pia Alonzo Wursbach, Miss Philippines li skantata u ma tafx x'qed jiġri, marret tiġbor il-kuruna mingħand Miss Columbia li kellha l-iqsar renju ta' reġina tas-sbuħija.

More in Zekzik