(RITRATTI U FILMAT) Wirja tat-Tattoos fiċ-Ċina ġibdet 100 espert minn madwar id-dinja

Eluf ta’ spettaturi żaru din il-wirja biex jieħdu ritratti ta’ nies litteralment mpinġija minn rashom sa saqajhom

Madwar 100 artist espert tat-tattoos minn madwar id-dinja marru Nanning, iċ-Ċina biex jieħdu sehem fil-wirja Internazzjonali tat-tattoos li damet tliet ijiem sħaħ. Dawn l-artisti riedu juru lid-dinja l-arti estrema tagħhom fuq il-ġisem tal-bniedem f’festival li jsir kull sena li jiċċelebra ix-xogħol artistiku estrem fuq il-ġisem. Dan il-festival jiġbor l-aqwa entużjasti ta’ din l-arti minn madwar id-dinja kollha. Eluf ta’ spettaturi attendew din il-wirja fejn tħallew jieħdu ritratti ta’ persuni litteralment impinġijin minn rashom sa saqajhom. Fil-festiva dawn l-esperti anke ippruvaw li jtejbu t-talenti tagħhom b’disinji ġodda.

Filmat li hawn l-iżjed isfel juri wirja oħra kbira li saret xahrejn ilu fil-Venezwela

More in Zekzik