Il-Finali tat-Tazza tad-Dinja 2022 għal ġimgħa qabel il-Milied

It-Tazza tad-Dinja li se ssir fl-2022 fil-Qatar se tintlagħab bejn Novembru u Diċembru

Il-FIFA ħabbret li t-Tazza tad-Dinja tal-2022 li se tintlagħab fil-Qatar se tkun qed issir bejn Novembru u Diċembru tal-istess sena. Il-logħob se jibda fil-21 ta' Novembru u l-finali se tkun qed tintlagħab fit-18 ta' Diċembru, li jfisser li din se tiġi ġimgħa biss qabel il-Milied.

Din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja diġà kienet fin-nofs ta' bosta diskussjonijiet minħabba d-dubji li kien hemm fil-mod ta' kif dan il-pajjiż rebaħ l-offerta, u b'mod partikolari minħabba l-fatt li ż-żmien ta' meta tkun qed tintlagħab din il-kompetizzjoni kellu jiċċaqlaq għall-istaġun xitwi minħabba t-temperaturi eżaġerati li jkun hemm fil-pajjiż tal-Qatar fis-sajf.

Minħabba f'dan it-tibdil fiż-żmien, dik is-sena se tara tħarbit partikolari fil-kampjonati domestiċi tal-pajjiżi rispettivi li jipparteċipaw f'din il-kompetizzjoni.

More in Zekzik