Joħroġ t-trailer tal-film ta' Angelina Jolie miġbud f'Għawdex

Il-film li nġibdu partijiet minnu fi Mġarr ix-Xini se joħrog għall-wiri f'Novembru

Din id-drama se terġa twassal il-koppja Brad Pitt u Angelina Jolie fl-iswali taċ-ċinema wara li l-aħħar film li ħadmu flimkien kien Mr. & Mrs. Smith. It-trailer ta' 'By the Sea' qed jintwera qabel dan il-film mistenni joħroġ għall-wiri f'Novembru li ġej.

Minbarra li Jolie għandha rwol ta' protagonista fil-film, hija wkoll id-direttriċi tal-istess film. Il-film 'By The Sea' huwa ambjentat fis-snin sebgħin u juri l-koppja Vanessa u Roland f'resort qrib il-baħar fi Franza.

More in Zekzik