L-ispirti fli sptar Mater Dei

.....tkompli mill-Ġimgħa l-oħra

Wara d-diżappunt tal-ewwel lejl, kont aktar determinat u ħejjejt pjan aktar vast u formulat biex inkunu imħejijin sew għal dak li jista jseħħ għax f’sitwazzjonijiet bħal dawn qatt ma tkun taf x'jista jiġri.

Kien għal ħabta tal-11.30 p.m. u poġġejna f'nofs il-kuritur fl-isptar Mater Dei. Hekk kif beda għaddej il-ħin u t-tensjoni bdiet iżżid, ġara dak li kien mistenni, imma b'aktar qawwa.
Rajt lil Karen, infermiera f’Mater Dei, tqum u timxi lejn il-kamra, jien imxejt warajha. Daħlet quddiem pazjenta anzjana. Malli Karen resqet aktar viċin, deher bħal dawl twil, irqiq li xi minn daqqiet kien qisu jibda jidher f’ħafna boċċoċ itteptpu. Dan id-dawl kien qiegħed jiġri bejn l-anzjana li kienet rieqda u Karen. L-infermiera, nista ngħid, li nbidlet totalment u bħal qisha bdiet tikkomunika ma’ xi ħadd.  Jien pruvajt, bil-ħiliet tiegħi inħoss x’kien għaddej. Wara kważi 20 minuta, kollox ġie lura għan-normal.
Meta jien tkellimt ma’ Karen, fehmtha kif kien hemm spirtu maskili, fil-fatt
kien ir-raġel tal-anzjana.  Dan informa lill-infermiera li l-pazjenta daqt tkun imsejħa lejn “id-Dawl” u li għandna navżaw lit-tfal tagħha.
Wara li iddiskutejna flimkien biex naraw x’jaqbel li jsir, ġew infurmati it-tfal tagħha biex jiġu l-isptar. Għall-ħabta tal-5.30 a.m. l-anzjana ħalliet din id-dinja.
Din kienet verament esperjenza li tibqa stampataf’moħħok.  Karen, wara bosta lagħqat li kellna, iddeċidiet li tieqaf mix-xogħol ta’ infermiera matul il-lejl u issa għandha l-istess xogħol, imma mal-jum.
Nittama li l-ewwel rakkont ta’ esperjenza reali niżlet tajjeb magħkom il- qarrejja ta’ din il-paġna. Dawk kollha minnkhom li għandkhom xi rakkont u tiextiqu taqsmuh mal-qarrejja tal-ILLUM ibgħatu l-email lili fuq l-indirizz  [email protected].

More in Zekzik