Imut Sir Christopher Lee

Magħruf għas-sehem tiegħu fil-films Dracula u The Lord of the Rings

Sir Christopher Lee
Sir Christopher Lee

Toħroġ l-aħbar li nhar il-Ħadd li għadda miet Sir Christopher Lee fl-Isptar ta' Westminister f'Londra, fl-età ta' 93 sena. L-attur kiseb fama internazzjonali meta ħa sehem f'Dracula fil-films Hammer Horror. Aktar tard rrexta bosta partijiet, fosthom fil-film Man with the Golden Gun, kif ukoll The Lord of the Rings.

Lee ingħata t-titlu ta' Sir fl-2009, għas-servizzi tiegħu fid-dinja tal-irrextar. Iżda mhux biss, hekk kif aktar tard f'ħajtu daħal ukoll fid-dinja tal-mużika, bl-akbar suċċess tiegħu jkun l-album tiegħu Charlemagne.

Rapport ta' The Telegraph qed isostni li l-mara ma nfurmatx il-pubbliku sakemm qalet lill-familja.

 

More in Zekzik