[Filmat] Tewmin jitwieldu id f'id

Mument emozzjonanti u uniku fejn tewmin bdew ħajjithom viċin xulxin mill-bidu nett

Jgħidu li kull wild huwa speċjali, imma jidher li t-twelid ta' dawn it-tewmin kien xi ftit aktar speċjali mis-soltu.

Dan hekk kif dawn it-tewmin kienu l-eċċezzjoni li ssir f'wieħed minn kull 100,000 twelid - fejn qattgħu d-disa' xhur tagħhom jaqsmu l-istess borża f'ġuf ommhom, u qasmu wkoll l-istess plaċenta.

L-aktar ħaġa li emozzjonat lill-ġenituri u lit-tobba kienet li t-tewmin twieldu wkoll id f'id. Ara aktar fil-filmat:

 

More in Zekzik