[FILMAT] Nanna bil-bikini arrestata li saqet fis-sakra meta magħha kellha neputi ta’ 9 snin

Farrket karrozza oħra u n-neputi ħareġ ibusha qabel ittieħdet mill-pulizija

Niżżel 'l isfel biex tara l-video

Patricia Ebel ta’ 49 sena ġiet arrestata wara li baqgħet dieħla bil-karozza tagħha BMW 5 series f’karozza oħra meta kienet qed issuq fis-sakra. Filmat juri li ma felħitx kważi żżomm fuq saqajha meta l-pulizija talbuha timxi quddiemhom. Ebel kienet qed issuq flimkien man-neputi tagħha ta’ 10 snin wara ġurnata fil-pool u għalhekk kienet liebsa l-bikini.

Hi qed tiġi akkużata li saqet fis-sakra b'0.15 ta’ alkoħol fid-demm meta magħha kien hemm tifel taħt l-età.

Patricia qed tiffaċċja akkużi serji fejn anke spiċċat farrket karozza oħra u anke rrifjutat li tieħu breathalyzer test. Fir-rapport tagħhom il-pulizija qalu li kellha riħa kbira ta’ xorb iżda fortunatament sew hi kif ukoll in-neputi ma weġġgħux fil-ħabta. Iżda x-xufier tal-karozza l-oħra spiċċa l-isptar għalkemm ma kellux feriti li seta' jitlef ħajtu. Qabel ittieħdet mill-pulizija mmanettjata n-neputi ħareġ mill-karozza u biesha.

 

 

More in Zekzik