Iljunfant li kien qed jiġi kaċċjat irritalja u għaffeġ lil kaċċatur u qatlu

L-aħbar ġabet kliem ta' ferħ mill-internet favur l-annimal u kontra l-kaċċatur maqtul

Kien att ta' 'self defense' mill-iljunfant li kien qed jiġi kaċċjat u kien hu li qatel lil kaċċatur. L-annimal wettaq rejazzjoni fejn Ian Gibson li kien kaċċatur professjonali spiċċa mgħaffeġ mill-iljunfant u maqtul. Din l-aħbar ingħatat minn siti soċjali fl-Ingilterra fejn kien hemm kliem ta' tifħir għall-iljunfant li spiċċa qatel lil min kien qed jipprova joqtlu.

Ian Gibson kien qed jipprova joqtol lill-iljunfant meta miegħu kellu klijent kaċċatur ieħor fiz-Zimbabwe. Kienu qed jikkaċċjaw flimkien u lemħu lill-iljunfant meta dan induna li kien hemm żewġ kaċċaturi 150 metru bogħod u attakkahom fejn Gibson ġie mgħaffeġ u maqtul.

 

More in Zekzik