Missier u bint ikollhom żewġ ulied u ieħor ġej

Jistqarru li jinħabbu u huma kuntenti f'din ir-relazzjoni

Missier u bint jgħixu f'relazzjoni ta' mħabba u għandhom żewġ ulied li s-servizzi soċjali ħaduhomlhom għax ġejjin minn relazzjoni inċesta.

Din hi storja li xxukkjat lil kull min qraha fejn Eric Lee Gates ta' 49 sena u bintu Chalena Mae Moody ta' 25 sena jistqarru li huma jinħabbu u jinsabu kuntenti ħafna ma' xulxin. Mir-relazzjoni tagħhom twieldu żewġ ulied li kellhom xi problemi ġenetiċi u li ttiħdulhom mis-servizzi soċjali.

Il-koppja qed jitolbu li jieħdu lura lil uliedhom iżda l-permess ma ngħatax anzi t-tifla ġiet ikkundannata 10 ijiem ħabs minħabba inċest fejn f'Oregon dan hu meqjus bħala reat.

It-tfal għandhom sena u ieħor ta' ftit xhur u jidher li Chalena bħalissa tinsab tqila bit-tielet tarbija. Iż-żewġ ulied tagħhom ingħataw għal adozzjoni fejn il-koppja ġiet avżata mill-awtoritajiet biex ma jkollhomx aktar tfal biex jevitaw li jitwiledu b'mard ġenetiku.

More in Zekzik