WaterWings bit-tieni diska tagħhom

Il-band Maltija tnedi d-diska tagħha Forever Clear

Il-band WaterWings
Il-band WaterWings

WaterWings, li f’Settembru li għadda daħlu fix-xena tal-mużika lokali bid-diska ‘Steal The Crown’ li għamlet suċċess, jippreżentaw it-tieni diska tagħhom, Forever Clear. Il-lyric video uffiċjali tad-diska jinsab onlajn, filwaqt li d-diska ser tkun għall-bejgħ minn fuq siti tal-mużika fil-jiem li ġejjin.

WaterWings huma: Marc Alan Spiteri (Vocals, Bass), Ryan Bezzina (Drums), Luca Baldacchino (Kitarra) u René Camilleri (Synth). Ingħaqdu fl-2010 meta kienu kollha jattendu l-istess skola, u baqgħu jaħdmu fuq il-mużika tagħhom sal-lum il-ġurnata.

Għal darb’oħra, WaterWings ħallew ir-rekordjar u l-produzzjoni tad-diska f’idejn Niki Gravino ta’ Foreface u xogħol il-vidjo f’idejn Carlo Tonna De Lorenzo ta’ Neomax Studios. Bħalissa, il-band qiegħda fil-proċess ta’ kitba ta’ EP.

Id-diska tinsab għand id-DJs tal-istazzjonijiet tar-radju lokali. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-website jew il-paġna fuq Facebook.

 

 

 

 

More in Zekzik