[FILMAT AĠĠORNAT] Tifel ta' 3 snin jiftakar fejn ġie maqtul u midfun fil-ħajja ta' qabel

Misteru kbir meta sabu l-katavru, il-mannara li nqatel biha u isem min qatlu

 

Storja inkredibbli li qed tħalli eluf kbar li qed isegwuha madwar id-dinja, sorpriżi għall-aħħar u mingħajr tweġiba għal dan il-każ. Tifel ta' 3 snin ftakar fil-ħajja li għex qabel ġie ri-inkarnat. Tant hu hekk li qal kif inqatel, biex u fejn ġie midfun u anke l-isem ta' min qatlu. Dan il-każ ġara fir-reġjun tal-Golan f'Iżrael fil-fruntiera bejn Iżrael u s-Sirja. u l-istorja ġiet irrakkuntata mit-tabib Eli Lasch lil Ġermaniż Trutz Hardo li kien kiteb ktieb dwar ir-rinkarnazzjoni.

It-tifel ġie mir-razza Drusa li jemmnu fir-rinkarnazzjoni u wera l-post fejn kien midfun u hemmhekk sabu l-katavru ta' raġel adult. Ftit 'il bogħod instabet il-mannara l-arma li t-tifel qal li nqatel biha. Sadattant it-tifel twieled b'tebgħa tat-twelid ħamra fuq moħħu, fejn kien ingħata d-daqqa ta' mannara. 

Iżda dan mhu xejn hu ftakar ukoll l-isem li kellu qabel (u nstab li dak l-isem kien ta' persuna li kien sparixxa erba' snin qabel. Tpoġġa quddiem il-persuna li hu qal li qatlitu, xhieda kkonfermaw li l-assassin bjad karta iżda m'ammettiex id-delitt.

Iżda wara ftt ammetta u kien akkużat bil-qtil ta' din il-persuna.
 

More in Zekzik