Lady Gaga se tiżżewweġ

Il-kantanta ta' 28 sena qalet 'Iva' f'Jum San Valentinu

Il-Koppja, Lady Gaga u Taylor Kinney
Il-Koppja, Lady Gaga u Taylor Kinney

F'Jum San Valentinu, l-għarus tal-kantanta, Taylor Kinney li huwa l-attur tas-serje 'Chicago Fire', ippropona lil Lady Gaga wara li kienu ilhom flimkien għal dawn l-aħħar 4 snin. Il-koppja iltaqgħet waqt il-ġbid tal-vidjo mużikali ta' Gaga, You and I.

L-attur ta' 33 sena ppropona waqt li l-koppja kienu qed jieklu fir-restorant ta' missier Lady Gaga, Joanne Trattoria f'Manhattan.

Lady Gaga ikkonfermat dan kollu wara li l-bieraħ tefgħet ritratt fuq Instagram taċ-ċurkett tad-djamanti forma ta' qalb li qalgħet. Dan flimkien mal-kliem, "Hu tani qalbu f'Jum San Valentinu, u jien għidtlu IVA!"

Missierha, Joe Germanotta, malajr kien pront jiftah flixkun xampanja biex jiċċelebra l-okkażjoni.

Ir-ritratt li tefgħet Lady Gaga fuq Instagram
Ir-ritratt li tefgħet Lady Gaga fuq Instagram

More in Zekzik