L-Awstralja se tieħu sehem fil-Eurovision 2015

Parteċipazzjoni għall-Awstralja fil-Eurovision Song Contest 2015

L-Awstralja fil-Finali tal-Eurovision 2015
L-Awstralja fil-Finali tal-Eurovision 2015

Għal sena waħda biss, l-Awstralja tista’ tipparteċipa fl-edizzjoni tal-Eurovision li se ssir fl-Awstrija. Dan se jsir minħabba li din is-sena, jaħbat is-60 sena anniversarju ta’ dan il-festival u anke minħabba li t-tema tal-festival din is-sena hija ‘Buildin Bridges’ u għalhekk se jinbena ‘pont’ mal-pajjiżi l-oħra, mhux biss Ewropej.

L-Awstralja se tkun qed tibgħat kantant/a għall-festival, li se tibgħathom dirett fis-serata finali, mingħajr il-bżonn li jikkompetu fis-semi finali. L-Awstralja ilhom isegwu dan il-festival snin, bi stazzjon partikolari jxandru b’mod dirett u bis-sehem ta’ kummentaturi.

F’każ li l-Awstralja tirbaħ il-festival, ma jseħħx hemmhekk imma jintagħżel pajjiż Ewropew ieħor għaliex il-parteċipazzjoni tal-Awstralja hija waħda ta’ darba. Min-naħa tal-organizzaturi, EBU, qed jagħmlu kuntatti biex jaraw kif se taħdem is-sistema ta’ voti minħabba li fil-ħin li l-Ewropa tara l-ispettaklu, l-Awstralja tkun qed tarah filgħodu kmieni.

L-Awstralja, minħabba f’hekk ser ikollha l-opportunità li tivvota wkoll fiż-żewġ semi finali, minbarra fil-finali tas-Sibt 23 ta’ Mejju.

More in Zekzik