Żewġha kien iġegħelha tagħmel sess bilfors u qatgħetlu rasu

Għandha 49 sena u hu kellu 67 sena u kienu ilhom miżżewġin 20 ġurnata

Osman li ried sess kuljum u spiċċa bla ras
Osman li ried sess kuljum u spiċċa bla ras

Is-sit elettroniku Taljan, Il Messagero ħareġ storja makabra li ġrat it-Turkija f'dawn il-ġranet. Gonul S hi mara ta' 49 sena u ma felħitx iżjed il-mod kif kien qed jużaha żewġha li hu pensjonant ta' 67 sena. Ried sess magħha kuljum anke jekk hi ma kinitx tixtieq u riedha tagħmel eżatt bħal dak li hu kien juriha fuq sit pornografiku Ġermaniż. ma felħitux iżjed u ħelset minnu billi qatgħetlu rasu.
Dan ġara fit-Turkija u Gonul u Osman wara li għexu flimkien għal xi tliet xhur wegħġdha li jiżżewwiġha u fil-fatt iżżewwiġha bil-knsija iżda wara 20 ġurnata li kien ilhom m iżżewġin beda jkun vjolenti u jaġixxi bil-mod li ktibna iżjed 'il fuq.

Il-mara li hi omm ta' tifel ta' 12-il sena minn żwieġ ieħor qalet li kulmeta kienet tirrifjutaha kien jinfexx isawwatha u qalet li ma felħitx iżjed li tkun umiljata minn żewġha. Waqt ġlieda minnhom binha daħal jaqbeż għal ommu u tah daqqa ta' aerial, iżda beża u ħarab. Osman qabad lil mara minn griżmejja u hi mbuttatu, qabdet sikkina mil-kċina u ħanxritlu għonqu.

Il-każ ġara fit-20 ta' Jannar.

More in Zekzik