(FILMAT) Żewġt aħwa nisa Amerikani arrestati għax ħadu ritratti bla ħwejjeġ f’tempju sagru

Lindsay Adams (22) u oħtha Leslie (20) ħadu ritratti tal-warrani u saqu mutur bla ħwejjeġ

Lindsay u Leslie żewġt aħwa Amerikani ġew arrestati wara li nqabdu jieħdu ritratti għarwenin fit-tempju Biddist ta’ Angkor Wat billi niżlu l-jeans sar-rkobbithom u ġibdu ritratti tal-warrani tagħhom f’dan il-post sagru u li hu wirt dinji.

Dan mhux kollox qabel waslu sat-tempju dawn neżgħu għarwenin u bdew iduru mal-inħawi bla ħwejjeġ fuq mutur.

Il-post kollu hu meqjus bħala post qaddis u qajmu rabja kbira fejn ġew arrestati mill-pulizija ġew mogħtija sitt xhur ħabs sospiżi, weħlu $250 u ġew mkeċċija mill-Kambodja fejn ma jistgħux jersqu ‘l hemm għall-erba snin li ġejjin.

Din hi t-tieni darba fi ħmisatx il-ġurnata li ġara l-istess fejn ġimgħatejn ilu tliet tfajliet Franċiżi inqabdu jieħdu ritratti bla ħwejjeġ f’tempju ieħor. Iż-żewġ tfajliet ammettew li għamlu ħażin iżda qalu li ma kinux jafu li l-inġawi kollha huma meqjusa bħala sit sagru.

More in Zekzik