Minn April Ruma se jkollha r-red light district tagħha

prostituzzjoni legali f'ċerti toroq

 

Se tkun fil- IX Municipio l-ewwel kwartier tar-'red light' f'Ruma:  triq jew iżjed se jkollhom permess għal prostituzzjoni. L-għan hu li jeħilsu lil prostituti mit-toroq ta' Ruma u jkunu ċentralizzati f'toroq apposta fejn in-naħa t'isfel ta' Ruma bħalissa hi nfestata bil-prostituti. Dan l-esperiment se jingħata bidu tiegħu f'April li ġej fejn it-triq tal-prostituzzjoni għad trid tiġi magħżula. Dan ifisser ukoll li min jitlajja għal prostituzzjoni barra t-toroq magħżula apposta jeħel multa ta' €500 anke lil klijenti. Se jkun hemm ukoll social carers biex jaraw li l-prostituti ma jiġux sfruttati minn xi terzi persuni.

 

More in Zekzik