Katy Perry bl-ispettaklu waqt is-SuperBowl

Tmur dritt għand tat-tpinġija biex tagħmel tpinġija bħala rikordju tas-serata

Id-dħul tal-kantanta fl-istadium
Id-dħul tal-kantanta fl-istadium

Kmieni it-Tnejn filgħodu, intlagħbet l-aktar logħba tal-American Football importanti tas-sena, SuperBowl, li din is-sena kienet id-49 edizzjoni tagħha. Din rat lin-New England Patriots jerbħu kontra r-rebbieħa tas-sena ta’ qabel, is-Seattle Seahawks f’Arizona. Għalkemm, din hi l-aktar logħba segwita f’dan l-isport, l-importanza tinsteraq kważi kull sena mill-ispettaklu li jingħata fil-waqfa bejn it-taqsimiet tal-logħob, il-Halftime Show. Dan l-ispettaklu ra bosta kantanti ta’ fama internazzjonali jipparteċipaw fih matul is-snin fosthom Beyoncè u Bruno Mars f’dawn l-aħħar żewġ edizzjonijiet.

Din is-sena mess lil Katy Perry biex tagħti l-eżibizzjoni tagħha f’dan ix-xow. Dan għamlitu bis-sehem tal-kantanti Lenny Kravitz u Missy Elliot. Id-dħul tagħha fl-istadium kien wieħed maestuż hekk kif fethet l-ispettaklu riekba fuq tigra mekkanika enormi waqt li tkanta d-diska tagħha ‘Roar’.

Sabiex ikollha rikordju ta’ dan ix-xow memorabbli, Perry baqgħet sejra dritt mill-istadium għal studio tat-tpinġija fejn fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ subgħajha, Perry kitbet ‘XLIX’ li jirrapreżenta n-numru tal-edizzjoni tas-SuperBowl.

Fil-ftuh tal-logħba, kantaw ukoll Idina Menzel u John Legend li kantaw l-Innu Nazzjonali.

More in Zekzik