Jissepara l-attur Patrick Dempsey

Martu ddaħħal il-karti tad-divorzju wara 15-il sena żwieġ minħabba differenzi li ma jistgħux jissolvew

L-attur Patrick Dempsey
L-attur Patrick Dempsey

Mart Patrick Dempsey irreġistrat id-divorzju tagħhom wara żwieġ ta’ 15-il sena. Jillian Fink, irtukkatriċi, iżżewġet lill-attur magħruf l-aktar għas-serje Grey’s Anatomy fl-1999, niżlet “differenzi li ma jistgħux jissolvew” bħala r-raġuni għall-firda tagħhom. Hi qed titlob kustodja konġunta ta’ wliedhom Tallulah Fyfe ta’ 12-il sena u t-tewmin subien tagħhom Sullivan Patrick u Darby Galen.

Dempsey, li għandu 49 sena, hu stmat li l-fortuna tiegħu tammonta għal $40 miljun. Il-koppja m’għandhiex ftehim pre-matrimonjali.

Fink hi t-tieni mara ta’ Dempsey. Hu kien miżżewweġ lil Rocky Parker bejn l-1987 u l-1994. Fink għalih kienet tfisser stabbiltà u kienet tgħinu jżomm saqajh malajr.

Patrick Dempsey ma' familtu f'ritratt meħud is-sena li għaddiet
Patrick Dempsey ma' familtu f'ritratt meħud is-sena li għaddiet

More in Zekzik