Antonio Banderas jibqa’ jħobb lill-eks martu għal dejjem

L-attur jibqa’ għaddej b’ħajtu u saħansitra jaħdem magħha fuq l-istess film

L-eks koppja Melanie Griffith u Antonio Banderas
L-eks koppja Melanie Griffith u Antonio Banderas

Antonio Banderas, tmien xhur mindu nfirdu, qal li għadu jħobb lil martu Melanie Griffith. Il-koppja nfirdet wara 18-il sena żwieġ imma qalu li se jiddivorzjaw bla ġlied. Tant hu hekk li l-koppja ħadmu flimkien fuq l-istess film, Automata, li hu kkoproduċa u ħa sehem fih.

“Kienet sena iebsa. Kelli ħafna xogħol u l-ħajja privata kienet iebsa wkoll, imma l-ħajja tibqa’ għaddejja,” qal fuq il-programm televiżiv Spanjol, El Hormiguero, “Verament nammira lil Melanie bħala attriċi, dejjem għidtu dan. Għandi rispett kbir lejha fil-karriera tagħha, għalhekk qiegħda fil-film. Hi persuna li ħabbejt, inħobb u nibqa’ dejjem inħobb, ikun xi jkun l-istat tagħna.”

L-attur ta’ 54 sena żied jgħid li huma ftehmu li ma jitkellmux dwar id-divorzju fil-pubbliku. Huma għandhom tifla flimkien, Stella, li llum għandha 18-il sena.

More in Zekzik