Cristiano Ronaldo single wara 5 snin

Jitlaq lit-tfajla Russa għax ma marritx għall-party t’għeluq snin ommu

Cristiano Ronaldo m'ommu Dolores
Cristiano Ronaldo m'ommu Dolores

Cristiano Ronaldo telaq lit-tfajla tiegħu wara li mid-dehra rrifjutat tattendi iċ-ċelebrazzjoni f’għeluq snin ommu li saritilha b’sorpriża.

L-istilla tal-futbol qatta’ lejlet l-ewwel tas-sena waħdu ma’ ibnu ta’ erba’ snin wara li Irina Shayk ma marritx għall-party f’għeluq is-60 sena ta’ ommu. Skont xi rapporti fil-Portugall ir-relazzjoni tal-futboler m’ommu Dolores Aveiro, u ħutu bniet Elma u Katia, kienet kawża ta’ tensjoni bejniethom.

Sors qal li Dolores riedet xi ħaġa li jieħu r-rwol ta’ omm għal iben il-futboler, Cristiano Jr imma dan ma kienx prijorità għal ibnu.

Ix-xnigħat dwar il-waqfien tar-relazzjoni bdew meta l-mudella Russa ta’ 29 sena waqqfet issegwi lil Ronaldo fuq Twitter. Dan kompla jsaħħaħ ix-xnigħa meta t-Tnejn li għadda ma marritx għaċ-ċerimonja tal-Fifa Ballon d’Or f’Zurich fejn hu ngħata t-titlu tal-aħjar futboler tad-dinja. Minflokha, ommu u ibnu, ngħaqdu miegħu fuq il-palk. Ronaldo rringrazzja lil familtu, sħabu tat-tim u supporters imma lilha ma semmihiex. L-iskuża li ġabet l-aġenzija f’isimha hi li kellha impenji oħra.

More in Zekzik