M’għandhiex problemi bit-tfajla tal-eks żewġha

Gwyneth Paltrow isseparat m’ilux u m’għandhiex problemi bit-tfajla tal-eks żewġha

Gywneth Paltrow u mal-eks żewġha Chris Martin
Gywneth Paltrow u mal-eks żewġha Chris Martin

Gwyneth Paltrow isseparat m’ilux u m’għandhiex problemi bit-tfajla tal-eks żewġha. Dwar dan l-attriċi kienet qiegħda titkellem ma’ Howard Stern fuq il-programm tar-radju SiriusXM meta tkellmet dwar is-sagrifiċċji li issa jkollha tagħmel mindu m’għadhiex ma’ żewġha ta’ 10 snin minħabba uliedha.

Meta mistoqsija dwar it-tfajla ta’ żewġha, Chris Martin tal-Coldplay, Paltrow wieġbet: “Min qal li jien ma naqbilx li joħroġ ma’ Jennifer Lawrence? Nirrispettah bħala missier uliedi... Hi d-deċiżjoni tiegħu... Mhux se jkun ma’ xi ħadd li mhux sew.”

Insistiet li dejjem se jkunu familja għal uliedhom u qegħdin jaħdmu ħafna biex ikunu pożittivi u ma jkunx hemm xenati – imma tammetti li hi diffiċli. L-attriċi ta’ 42 sena għandha żewġt itfal minn daż-żwieġ – Apple u Moses.

Kompliet tgħid, “Nidħqu u nieħdu gost imma jiġu mumenti meta jkunu vera diffiċli. Jiġru affarijiet u tgħid, ċerta li ma jridx iqatta’ ħinu miegħi u lanqas jien ma rrid nqattgħu miegħu imma minħabba t-tfal tagħmilha. Imma tagħmel minn kollox biex ma jkunx hemm tensjoni wkoll. Tgħid, ‘Il-vera rrid insib l-imħabba lejk u rrid naħfirlek u rridek taħfirli u ejja nieħdu gost bħala familja’.”

More in Zekzik