69 persuna jmutu f'funeral

Mill-inqas 69 persuna mejta u 198 oħra jiddaħħlu l-isptar wara li xorbu birra tradizzjonali f'funeral

Il-katavri mill-funeral
Il-katavri mill-funeral

Fil-Mozambique hemm tradizzjoni li waqt funeral tinxtorob birra tradizzjonali, iżda din id-darba t-tradizzjoni ma marritx kif suppost hekk kif ħalliet 69 mejta u 169 f'ġirja sfrenata għall-isptar minħabba attakki ta' diarrhea u wġigħ fil-muskoli.

Jidher li dan seħħ wara li l-birra li nxtorbot waqt il-funeral kien imħallta ma' aċtu mill-marrara ta' kukkudrill mejjet.

L-awtoritajiet tas-saħħa f'Mozambique jemmnu li dawn id-69 persuna mietu vvelenati mill-aċtu tal-kukkudrill.

Il-Gvern iddikjara tliet ijiem ta' luttu wara dan il-mewt.

Jidher li skont tradizzjoni Afrikana, meta jinqatel kukkudrill, il-marrara tiegħu għandha titneħħa immedjatament u tindifen quddiem xhieda li jkun jistgħu jaraw li l-bile tiegħu jieqaf jintuża hekk kif dan isir velenuż. Issa jidher li din is-sustanza tqiegħdet f'din il-birra tradizzjonali li ħalliet din it-traġedja fil-provinċja ta' Tete.

Uffiċjal mid-Dipartiment tas-Saħħa, Alex Albertini, qal li l-ivvelenar ta' dan it-tip kien komuni f'din iż-żona.

Il-vittmi kienu qed jattendu funeral ta' tarbija. Omm it-tarbija, kienet fost dawk li ġew ivvelenati u mietet.

Il-birra tradizzjonali, msejħa Pomba, hija birra tradizzjonali magħmula mill-millieġ u l-qamħirrun. Din ta' spiss tiġi servuta waqt ċerimonji u mibjugħa f'żoni rurali fil-pajjiż Afrikan.

L-awtoritajiet issa qed jiġbru ħwejjeġ, ikel u twiebet għall-familjari tal-vittmi.

More in Zekzik