Jack Nicholson jibża’ li jmut waħdu

Jixtieq jerġa’ jkun f’relazzjoni għalkemm m’għandux wisq tama

Jack Nicholson
Jack Nicholson

Jack Nicholson jibża’ li se jmut waħdu minkejja li għamel ħajtu jiġri wara n-nisa. Żied jgħid li għalkemm għandu daqsxejn tendenzi reklużi xorta jixtiequ li jkollu relazzjoni imma mhux li qed jittama wisq.

Fuq il-magazin Closer qal: “Nixtieq kieku jkolli dik l-aħħar imħabba. Imma niddubita kemm se tiġri. Li hemm żgur hi x-xewqa tiegħi.”

Sorsi tal-magazin qali li l-attur veteran ta’ 77 sena qed jibża’ jmut waħdu fid-dar li għandu Hollywood Hills. Uliedu ilhom jittamaw li jbigħ u jixtri iżgħar xi mkien f’Beverly Hills, imma ħabib ta’ Nicholson jemmen li ma jitlaqx minn hemm għax iħobb fejn jgħix.

Nicholson qed iqatta’ ħajtu ’l bogħod mill-ħajja ta’ Hollywod. Fl-2011 kien ammetta li xjaħ wisq biex jgħabbi n-nisa fil-pubbliku. Hu żżewweġ darba biss u għandu erbat itfal minn tliet nisa differenti. 

More in Zekzik