Il-koppja Clooney ‘huma Charlie’

Uħud mill-atturi tal-Golden Globes juru solidarjetà ma’ Franza kontra t-terroriżmu

L-attur George Clooney ma' martu bil-badges 'Je suis Charlie' qabel iċ-ċerimonja tal-Gloden Globes
L-attur George Clooney ma' martu bil-badges 'Je suis Charlie' qabel iċ-ċerimonja tal-Gloden Globes

Amal Clooney attendiet għaIl-premji tal-Golden Globes għall-ewwel darba u malajr ħadet l-okkażjoni biex twassal messaġġ politiku – dak ta’ Charlie Hebdo. Hi waħħlet badge mal-basket tagħha, bil-kliem ‘Je suis Charlie’, waqt li żewġha l-attur George Clooney waħħal tiegħu mal-but ta’ fuq tal-ġlekk.

Amal, li hi avukat għad-drittijiet umani, kienet qalet fil-magazin Elle li se tilbes libsa ta’ Dior u se ġġorr basket irtukkat apposta biex juri solidarjetà mal-poplu Franċiż li kellu ġimgħa kerha.

Id-dama Helen Mirren iġġorr karta bil-kliem 'Je suis Charlie' u pinna mqabbda mal-libsa tagħha
Id-dama Helen Mirren iġġorr karta bil-kliem 'Je suis Charlie' u pinna mqabbda mal-libsa tagħha

Kien hemm persuni oħra magħrufa li ngħaqdu mal-koppja biex iwasslu l-messaġġ kontra t-terroriżmu fosthom id-dama Helen Mirren. L-attriċi ta’ 69 sena waħħlet pinna b’labra tas-sarwan mal-libsa ħamra eleganti tagħha kif ukoll ġarret karta f’idha bil-kliem ‘Je suis Charlie’. Hi għadha ma qalet xejn pubblikament dwar l-attakki terroristiċi imma d-daħqa fuq wiċċha waqt li kienet qed tippoża għar-ritratti tgħid ħafna.

Kathy Bates iġġorr mobile bil-kliem 'Je suis Charlie'
Kathy Bates iġġorr mobile bil-kliem 'Je suis Charlie'

Minbarra dawn kien hemm ukoll l-atturi Kathy Bates, Joshua Jackson u Diane Kruger, li kollha ġarrew il-karta jew il-mobile bil-kliem magħruf.

L-atturi Joshua Jackson u Diane Kruger iġġorru l-kliem 'Je suis Charlie'
L-atturi Joshua Jackson u Diane Kruger iġġorru l-kliem 'Je suis Charlie'

More in Zekzik