Katy Perry u John Mayer reġgħu flimkien?

John Mayer u Katy Perry - reġgħet xegħlet il-fjamma?
John Mayer u Katy Perry - reġgħet xegħlet il-fjamma?

Skont in-New York Post, il-Ħamis li għadda Katy Perry u l-eks partner tagħha, John Mayer, kienu flimkien f’ristorant f'Los Angeles. Wieħed mill-klijenti qal lill-pubblikazzjoni, “Katy Perry u John Mayer daħħlu flimkien lambranzetta u l-kamra kollha siktet litteralment... qishom riedu javżaw lil Hollywood kollu li reġgħu flimkien.”

Perry kienet miżżewġa lil Russell Brand . Bdiet toħroġ Mayer fis-sajf tal-2012 imma nfirdu f’Marzu ta’ wara. Il-koppja anki rrekordjat dwett flimkien ‘Who You Love’. Il-kantanta ammettiet li kienet tammira lil Mayer qabel ma bdiet toħroġ miegħu.

“Kont ammiratriċi ta’ John snin qabel ma bistu. Kont ammiratriċi ta’ vera. Naħseb li veru għandu talent u li hu kittieb tal-kanzunetti ġenjali. Allura li nagħmel parti ta’ kwalunkwe ħaġa li kien qed jagħmel kienet naturali.”

More in Zekzik