M’iniex alkoħoliku – Calum Best

Dam tliet snin biex aċċetta l-mewt ta’ missieru George Best

Calum Best
Calum Best

Calum Best ammetta li xorob biex jissupera l-mewt ta’ missieru, il-futboler Irlandiż magħruf, George Best. Best bħalissa qed jieħu sehem f’Celebrity Big Brother u kien qed jirrispondi lill-preżentatur Perez Hilton.

Hilton staqsa lil Best jekk għandux jixrob meta jqis l-istorja passata ta’ missieru. Wieġeb li mhux alkoħoliku imma xorob biex jissupera l-mewt ta’ missieru. Il-futboler, li kien jilgħab mat-tim nazzjonali Irlandiż u lagħab għall-Manchester Utd għal 11-il sena, miet fl-2005 u skont ibnu kien jixrob mit-8am sat-8pm kuljum għal 40 sena.

Calum semma wkoll ir-relazzjoni tajba ħafna li għandu ma’ ommu Angie, “Hi marret ir-Renju Unit meta kelli 27 sena għax kont f’post oskur... Għandna relazzjoni ta’ barra minn hawn. Hi cool... 

"Għal tliet snin injorajt il-fatt li kelli naffaċċa t-telfa ta’ missieri.” 

More in Zekzik