Il-poodle

Ma nafx għala Bundy kuntent, Claudio Grech tgħidx x'jifraħ, Martin Bugelli vera raġel sew u l-maħfra ta' George Farrugia...

Bundy Blues

John Bundy
John Bundy

Jien ma nistax nifhem għalfejn John Bundy eks Nazzjonalist u/jew eks Laburist qiegħed daqshekk ferħan li Silvio Scerri eks Nazzjonalist u jista’ jkun eks Laburist qiegħed fejn qiegħed. Bundy skont Facebook qed jivvomta bil-pjaċir bid-deni ta’ ħaddieħor. Hemm bżonn li xi ħadd jinforma lil Bundy li hemm xebh kbir bejnu u bejn is-Sur Silvio Scerri. Anzi jkolli ngħid li hemm xebh kważi fraternali. 

Solidarjetà ma’ Claudio

Claudio Grech
Claudio Grech

Is-Sur Claudio Grech qed jaqbeż u jogħla għax xi ħadd semma li l-mara tiegħu hija n-neputija ta’ Lorry Sant. Ħa ngħidlek vera żibel min qed jagħmel hekk. Għarakuża, li xi ħadd jagħmel din l-assoċjazzjoni. Bħallikieku s-Sur Claudio ħa xi ċenteżmu jew milleżmu mill-wirt tal-Lorry. L-assoċjazzjoni hija ħażina, u tibqa’ ħażina. Bħalma tagħmel dik il-kerha pesti tal-Bidnija.  Shame on you!

In-nies ta’ Ugo

Martin Bugelli
Martin Bugelli

Jiena vera kuntent li hemm ċertu maturità fil-ministeru tal-Affarijiet Interni. Għax li kieku m’hemmx, kieku nies bħal Martin Bugelli kieku mhux impjegati ma’ dan il-ministeru. Vera raġel sew dan Bugelli, ħadt pjaċir narah l-aħħar darba fil-kumpanija ta’ Peter Portelli u anki fil-kwartieri tal-Partit Nazzjonalista. Għandu dritt tafux. Bugelli bħalma nafu kien persuna li darba kien jaħdem fil-Ministeru ma’ Ugo Mifsud Bonnici. Eħħ ieħor li kien jgħin lil Ugo fi żmien il-ħaġar kien Silvio Scerri.

Il-maħfra ta’ George

Jirringrazzja l-Mulej George Farrugia li l-Pulizija ta’ Malta huma pastizzi kbar. Jiena ma nafx imma apparti li l-Pulizija jidhru li mhux kapaċi jsaffru, milli jidher fl-investigazzjoni tal-kumitat għall-affarijiet pubbliċi tal-parlament il-pulizija għamlet qassata kbira. Baqgħu jemmnu lil George Farrugia u jimmaġinaw li ma kienx ħaġa waħda ma’ Tranter. X’mistħija ta’ investigazzjoni. U li ma nistax nifhem hu, din l-insistenza minn Xmun Busuttil biex il-Pulizija jressqu l-aħwa Farrugia. Meta dawn kienu huma li infurmaw lil Gonzi bit-taħwid li hemm. Jiena taf x’naf… li wasal iż-żmien li l-maħfra kontra George Farrugia titneħħa.

More in Poodle