Il-poodle

X'ġaralha l-karozza ta' Joseph Calleja? Daphne Caruana Galiza għadha tigdeb! U kemm sar aggressiv Simon Busuttil

Serquli l-karozza, ma, ma, ma

Il-Pajero ta’ Calleja
Il-Pajero ta’ Calleja

Jien ma nafx. Imma veru ħnieżer u bla qalb dawk li serqu l-karozza Pajero li għandha, 14-il sena ta’ Joseph Calleja. Imma kif kont qed inħarbex dawn il-kliem bdejt nhewden… imma dan Calleja ma wasalx iż-żmien li jixtri karozza oħra. Wara kollox meta fittixt sibt li s-Sur Calleja jagħmel flus mhux ħażin: London Simon Boccanerga għamel €43,448 u l-kunċert ta’ Malta ma’ Cocciante ħa €80,000 fl-2011. Għandi nifhem kollox iddikjarat… Somma żgħira tafux għat-talent kbir tal-eroj tagħna. Insomma mhux sew noqgħod nikxef. Ara kieku kont l-Italja, u kxift ta’ Pavarotti dak ma jimpurtax. Imma Malta le. Jien lil Calleja ntih parir, ikklemja l-insurance tal-Pajero xiħa u ixtri karozza sexy bħal ma għandu Hugo ta’ Paceville.

Il-giddieba tal-Pinne

Ritratt sabiħ tal-porta voce tal-Pinne
Ritratt sabiħ tal-porta voce tal-Pinne

Le l-kerha tal-Bidnija, ivvintat li Konrad Mizzi u Lindsey Gambin ‘we’re having it off’ kif jgħid l-Ingliż. Issa tgħiduli għalfejn għandi nemmen lil dik il-kerha u mhux lil Konrad. Għax waħda hija kerha, għandha l-warrani kbir, titfa’ l-platti, tikteb għas-Sur Pierinu Portelli u tilgħaq il-Pinne u tħobb tiekol barra wisq. Le, mhux għalhekk, il-vera raġuni hi għax hija persuna li tobgħod u tgħir u tivvinta, bl-Ingliż il-kelma għalija hi ‘malicious gossiper.’ L-istess kliem li tuża meta tirribatti akkużi serji fil-konfront tagħha. Imma biex tkunu tafu l-vera raġuni li qed issir aktar kattiva hija għax għandha l-faħam miblul. L-uniku salvazzjoni tagħha hi li l-maġistratura tibża’ minnha. Eħħ imma mhux jien!

Ir-Ranier

Ranier jixtieq li kien Laburist
Ranier jixtieq li kien Laburist

Mela smajt ir-Ranier Fsadni f’dik il-konferenza dwar il-free speech fl-Università organizzata minn Joe Friggieri. Eħħ. Kemm hu ħelu, mela spiċċa faħħar lil dik il-kerha li mhux kumbinazzjoni kienet preżenti flimkiem ma’ Petra Bianchi fil-konferenza. Issa, dan Ranier ovvjament tkellem hekk għax jaf li dik il-kerha qisha żiemel li titfa’ l-platti jħobbu l-istess partit politiku. Ovvjament tal-Pinne.

Irid forsi jiftakar li kieku Ranier twieled taħt stilla differenti jiġifieri twieled Burmarrad, u ma kienx ġej minn familja Nazzjonalista tas-Serraċin Inglottijiet u kien waħdu bħal mhu, mingħajr mara u tfal, dik il-kerha kienet tikteb u tħarref fuq is-sesswalità tiegħu u fuq l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. U dan kollu għax hu Laburist. Imma għal grazzja tal-ħanin Alla, Ranier mhux Laburist imma Nazzjonalist. Ole.

L-aggressività ta’ Xmun

I am Xmun
I am Xmun

Ma ħadtx gost nara l-aggressività ta’ Xmun Busuttil ma’ Reno Bugeja fuq TVM. Xillostra qed itih. Għalfejn qed ikun daqstant pastaż. Mela tajba, jikkummenta dwar miljun ewro mill-fondi tal-UE għal Villa Francia mbagħad meta Reno Bugeja urih kemm kien nefaq Gonzi fuq Francia, qallu għalfejn qed tkellimni fuq Villa Francia. Jien ma nafx imma dan Xmun għandu ftit diċenza?? Jien naf x’qed jipprova jagħmel. Qed jipprova jitfa’ lil Reno Bugeja f’kaxxa biex mingħalih jpinġih bħala wieħed partiġġjan. Kemm aħna bħaħan.

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli  ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil [email protected]

More in Poodle