'Ħallu lil Ħondoq bi kwietu...nibdew b'ħanut tas-souvenirs u nispiċċaw b'lukanda'

Jintalab permess biex kamra f'żona ODZ issir ħanut tas-suovenirs...il-kunsill tal-Qala jgħid 'NO WAY'

Is-saga Ħondoq se tibqa' għaddejja. Din il-bajja verġni f'Għawdex li taqa' taħt il-Kunsill tal-Qala jidher li hi taħt lenti qawwija mill-iżviluppaturi biex jibdluha f'żona kummerċjali b'xi mod jew ieħor.

Wara li l-permess biex issir lukanda u yacht marina ma ħariġx minħabba ġlieda qawwija mill-ambjentalisti u mill-viċi sindku tal-Qala Paul Buttigieg, issa feġġet applikazzjoni oħra. Li kamra li hemm fuq ir-riħ tal-bajja ta’ Ħondoq titbiddel minn store agrikolu għal ħanut tas-souveniers. "Din iż-żona hija kollha ODZ, m’għandniex bżonn ta' souvenir shop, u jekk jingħata dan il-permess jikber ir-riskju fil-futur li jerġgħu jfeġġu aktar applikazzjonijiet għal aktar estensjonijiet," kiteb Paul Buttigieg fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu.

Uħud mill-kummenti tar-residenti kontra li jingħata dan il-permess
Uħud mill-kummenti tar-residenti kontra li jingħata dan il-permess

Fil-fatt, sar magħruf li nhar il-Ġimgħa, il-kunsill unanimament qabel li joġġezzjona għall-applikazzjoni.

Fuq il-kumment ta' Paul Buttigieg, għexieren urew id-diżapprovazzjoni tagħhom li din il-kamra ssir souvenir shop, u ħafna Għawdxin u residenti kitbu li dan hu l-ewwel pass biex joħroġ il-permess għal ħanut, u maż-żmien jinbidel biex tinbena lukanda madwar l-istess kamra.

More in G?awdex