Ġurnata ta’ divertiment għat-Tfal f’Għawdex

Nhar il-Ġimgħa t-tfal kollha Għawdxin u Maltin mistednin għal divertiment b'xejn fil-ground tal-iskola Ninu Cremona...

Nhar il-Ġimgħa. L-għada tal-Vitorja, it-tfal Għawdxin kollha huma mistiedna biex iqattgħu ġurnata ta’ divertiment b’xejn fil-ground tal-iskola Ninu Cremona.

Din il-ġurnata li ġiet imsejħa Fun Festival se tkun bejn id-9.00am u nofs in-nhar fejn ser ikun hemm bouncy castles, mega slide, go-karts, human flytrap, bungee run, inflatable water park, sand art, giant party games, gladiator duel, balloon modeling, face painting u cartoon characters. Kollox b’xejn u miftuħ għat-tfal kollha, anke dawk li jkunu qed iżuru Għawdex. It-tfal kollha se jingħataw frotta u flixkun ilma ġentilment mogħti mill-General Soft Drinks.

Il-ġurnata speċjali se tagħlaq il-programm Sportiv ta’ Summer on the Move li gie organizzat f’Ghawdex għall-ewwel darba. Fejn anke se jingħataw ċertifikati lil madwar 80 tifel u tifla li attendew filgħodu u filgħaxija tul is-sajf kollu għal taħriġ f’diversi dixxiplini sportivi. Dan kollu kien possibli bil-hidma kongunta ta’ Sport Malta, l-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Sports Board. Filfatt il-Ministeru ghal Ghawdex offra sussidju ta’ hamsin fil-mija (50%) lil dawk kollha li tħajru u baghtu lil uliedhom ghal dan il-programm. 

Għal din l-attivita’ ser ikunu wkoll preżenti l-Ministru ghal Ghawdex Anton Refalo, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport Chris Agius, u l-Kapi Eżekuttivi ta’ Sport malta, Mark Cutajar u Gozo Sports Board, Alvin Grech.  

Apparti dan it-tfal kollha ser jinghataw applikazzjoni temporanja tal-Programm tax-Xitwa On the Move li ser jinżamm f’Ghawdex u li mistenni li jibda fil-15 ta’ Ottubru. Dan il-programm ghat-tieni sena konsekuttiv ser ikun organizzat minn Sport Malta, l-Ministeru ghal Ghawdex u l-Gozo Sports Board. Bit-tfal Għawdxin ikollhom sussidju fuq il-miżata tagħhom u trasport b’xejn minn kull raħal sal-Isports Complex.

More in G?awdex